Wednesday, December 25, 2024

Serie A: Juventus v Inter tisraq ix-xena

Aqra wkoll

Meta jirritorna l-kamponat Taljan wara l-waqfa internazzjonali fejn l-Italja sfaw eliminati mit- Tazza tad-Dinja għat-tieni darba konsekuttiva, bla dubju, l-aktar logħba li tiġbed attenzjoni hija dik bejn ir-rivali eterni Juventus u Inter liema konfront huwa meqjus bħala d-derby tal-Italja. 

Min-naħa l-oħra, filwaqt li jkunu qed jittamaw għal żelqa minn Inter, il-leaders Milan jilqgħu lil Bologna filwaqt li Napoli, li jinsabu fit-tieni pożizzjoni, għandhom partita mill-aktar diffiċli meta jmorru jilagħbu għand Atalanta. 

Juventus v Inter – Dan huwa dwell klassifiku bejn żewġ timijiet fejn fl-aħħar snin ir-rivalitá ta’ bejniet­hom tant kibret li din il-partita titqies bħala d-derby tal-Italja. 

Din hija logħba li l-ebda team ma jrid jitlef biex jibqa’ fit-taqtiegħa għar- rebħ tat-titlu għalkemm fil- veritá iċ-ċansijiet tal-Bian­coneri huma kemmxejn li­­­­­mitati. 

Filwaqt li f’dawn l-aħħar seba’ partiti n-Nerazzurri reb­ħu waħda biss, fejn b’kollox rebħu seba’ punti u fallew 14, Juventus bdew ġejjin f’tagħhom wara bidu mill-aktar negattiv. Infatti fl-aħħar seba’ logħbiet hu­ma kisbu ħames rebħiet u ġew miżmuma darbtejn.

Iżda filwaqt li Inter għandhom il-players kollha disponibbli, il-coach tal-Bian­coneri, Massimiliano Al­legri, se jkollu jgħaddi mingħajr l-imweġġgħin Kaio Jorge u Westin Mc­Kennie u s-sospiż Luca Pellegrini.

Milan v Bologna – Milan jospitaw lil Bologna fejn jibdew favoriti li jieħdu t-tliet punti biex jibqgħu jgawdu l-vantaġġ f’ras il-klassifika, hekk kif jinsabu tliet punti fuq Napoli u sitta fuq Inter li jridu jir­kup­raw partita. 

Il-coach, Stefano Pioli, ji­tama li t-team tiegħu jżomm il-konsistenza fit-tentattiv jirbħu t-titlu wara nuqqas ta’ 10 snin.

Min-naħa tagħhom, Bolo­gna se jkunu mingħajr il-coach, Sinisa Mihajlovic, li reġgħet tfaċċatlu il-marda tal-lewkemija. 

Barra minn hekk huma se jkunu mingħajr l-imweġ­ġgħin Lorenzo de Silvestri, Ibrahim Mbaye u Nicolas Dominguez.

Atalanta v Napoli – Atalanta jilqgħu lil Napoli fejn għandhom bżonn il-punti biex jibqgħu jittamaw għal post fil-UEFA Champions League. 

It-team immexxi minn Giampiero Gasperini kellu wirjiet imħallta matul dan l-istaġun fejn xejn ma kien konsistenti fil-logħob tie­għu. 

Huma se jkollhom neqsin lil Rafael Toloi, Josip Ilicic u Duvan Zapata li qed jir­kupraw minn injury. 

Għall-istess raġuni, il- Partenopei għandhom neq­sin lil Andrea Petagna, Alex Meret u Giovanni Di Lorenzo  filwaqt li Victor Osimhen u Adil Rrahmani huma sospiżi.

Sampdoria v Roma – Roma jmorru għand Sampdoria fejn jimmiraw li joħorġu bit-tliet punti hekk kif għadhom biċ-ċans li jikkwalifikaw għall-UEFA Europa League. Min-naħa ta’ Sampdoria, dawn iridu jkomplu jitbiegħdu mill- periklu tar-relegazzjoni.

Ekonomija

Sport