Saturday, September 13, 2025

Serie A: Juventus v Inter tisraq ix-xena

Aqra wkoll

It-tielet ġurnata tas-Serie A għandha tkun mill-aktar interessanti hekk kif se ġġib magħha konfront klassifiku jew aħjar id-’Derby tal-Italja’ bejn ir-rivali eter­ni, Juventus u Inter. 

Min-naħa taċ-champions, Napoli, għandhom partita kemmxejn delikata meta jmorru jilagħbu għand Fiorentina filwaqt li Milan jospitaw lil Bologna hekk kif  fuq il-karta jibdew bħala l-favoriti li jiksbu t-tliet punti. 

Juventus v Inter – L-attenzjoni prinċipali se tkun mixħuta fuq l-Allianz Stadium fejn tkompli tiġġedded ir-rivalitá bejn dawn iż-żewġ timijiet glorjużi.

Taħt it-tmexxija tal-coach, Igor Tudor, il-Bianconeri bdew l-istaġun bl-aqwa mod possibbli meta għandhom punti massimi minn żewġ ħarġiet meta għelbu lil Genoa (1-0) u lil Parma (2-0).

Għalihom qed jerġa’ jimpressjona l-attakkant internazzjonali Serb, Dusan Vlahovic, li minbarra li kien fost l-aqwa players, sab ix-xibka darbtejn.   

Iżda bl-istess ammont ta’ goals hemm ukoll l-attak­kant interanazzjonali Fran­ċiż ta’ Inter, Marcus Thuram.

Peró, in-Nerazzurri ma tantx kellhom bidu kif mixtieq  minħabba li wara li għelbu lil Torino f’darhom bl-iskor ta’ 5-0, huma sfaw megħluba minn Udinese bl-iskor ta’ 2-1.

Rebħa għal Juventus tkun tfisser li jiftħu vantaġġ ta’ sitt punti u għaldaqstant xejn għajr minn rebħa ma tissodisfa l-kriterji ta’ Inter.

Din hija partita li tista’ tmur kull naħa.

Napoli v Fiorentina – Napoli għandhom impenn barra minn darhom, fi Stadio Artemio Franchi, kontra Fiorentina. 

It-team immexxi mill-coach, Antonio Conte, rebaħ iż-żewġ logħbiet għad-dispożizzjoni tiegħu meta għeleb lil  Sassuolo  (2-0) u lil Cagliari (1-0). 

U minkejja li l-Partenopei ma jistgħux jagħmlu użu mill-imweġġa’ Romelu Lukaku, Scott McTominay u Kevin De Bruyne qed jifformaw koppja formidabbli  fl-attakk. 

Min-naħa tagħhom, Fio­rentina għadhom qed ifittxu l-ewwel rebħa wara żewġ draws konsekuttivi kontra Cagliari (1-1) u Torino (0-0). 

Il-Viola ma jistgħu jinkludu lil Nicolas Valentini, Antonin Barak u Christian Kouame, minħabba li qed jirkupraw minn injury.

Milan v Bologna– Wara telfa mhux mistennija ta’ 2-1 kontra Cremonese u reb­ħa ta’ 2-0 fuq Lecce, Milan jilqgħu lil Bologna f’liema partita jridu jirbħu akkost ta’ kollox minħabba li ma jistgħux jaqgħu lura fl-isfida għar-rebħ tal-Iscudetto. 

Min-naħa tagħhom, Bologna ġejjin minn telfa kontra Roma (1-0) u rebħa fuq Como (1-0). 

Milan ma jistgħux jinkludu lil Sergio Jimenez, Ardon Jashari, Alex Jimenez minħabba li jinsabu mweġġgħin. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport