Fis-Serie A, kollox baqa’ l-istess fil-quċċata tal-klassifika hekk kif l-ewwel żewġ timijiet ġew miżmuma fil-konfronti tagħhom … Napoli minn Parma 0-0 u Inter minn Lazio 2-2.
Inter v Lazio – Inter u Lazio spiċċaw fi draw ta’ 2-2 liema riżultat ikkuntenta l-aktar lil Napoli.
Kien Yann Bisseck (45) li fetaħ l-iskor għal Inter iżda Pedro (74) kiseb id-draw għal Lazio li għall-ewwel ġie mħassar għal offside iżda mbagħad ġie konvalidat permezz tal-VAR.
Iżda Denzel Dumfries (80) reġa xeħet lil Inter fil-vantaġġ u l-istess Pedro (90) kiseb id-draw għal Lazio minn penalty.
Fit-98 minuta, in-Nerazzurri kellhom goal imħassar għal offside ta’ Marko Arnautovic.
Parma v Napoli – Napoli marru għand Parma u setgħu biss jispiċċaw fi draw ta’ 0-0 bl-aktar li resaq viċin kien Scott McTominay (71) li laqat il-mimduda.
Cagliari v Venezia – Cagliari għamlu pass kbir lejn is-salvazzjoni meta għelbu lil Venezia bl-iskor ta’ 3-0 li baqgħu fiż-żona l-ħamra. Il-goals waslu minn Yerry Mina (11), Roberto Piccoli (41) u Alessandro Deiola (71).
Fiorentina v Bologna – Bologna sfaw eliminati mill-kwalifikazzjoni tal- UEFA Champions League meta marru għand Fiorentina u sfaw megħluba bl-iskor ta’ 3-2.
Il-goals tal-Viola waslu minn Fabiano Parisi (13), Amir Richardson (67) u Moise Kean (84) filwaqt li Thijs Dallinga (61) u Riccardo Orsolini (79) wieġbu għal Bologna li kellhom lil Juan Miranda (89) imkeċċi.
Juventus v Udinese – Juventu ospitaw lil Udinese u kellhom jitħabtu biex rebħulhom bl-iskor ta’ 2-0 biex issa huma l-favoriti li jtemmu fir-raba’ post.
Il-protagonisti tagħhom kienu Nicolas Gonzalez (61) u Dusan Vlahovic (88).
Lecce v Torino – F’darhom Lecce rreġistraw rebħa mill-aktar importanti meta għelbu lil Torino bl-iskor ta’ 1-0 biex żammew it-tamiet tagħhom ħajjin li jsalvaw mir-relegazzjoni. Il-goal importanti wasal fis-47 minuta minn Ylber Ramadani.
Monza v Empoli – Empoli marru għand it-team diġá relegat, Monza, u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-1 biex għandhom ċans tajjeb li jsalvaw mill-għarqa.
Il-goals tagħhom waslu minn Lorenzo Colombo (49), Mattia Viti (51) u Semuel Pizzignacco (59 o.g.) wara li Samuele Birindelli (30) fetaħ l-iskor għal Monza.
Roma v Milan – Roma għelbu lil Milan bl-iskor ta’ 2-1 li kellhom jilagħbu bi player inqas għal aktar minn 70 minuta wara li tkeċċa Santiago Gimenez (20). Gianluca Mancini (3), Leandro Paredes (58) u Bryan Cristante (87) skorjaw għal Roma filwaqt li Joao Felix (39) kiseb id-draw momentarju għal Milan.
Genoa v Atalanta – Atalanta għelbu lil Genoa bl-iskor ta’ 3-2, bil-goals jaslu minn Ibrahim Sulemana (47), Daniel Maldini (63) u Mateo Retegui (89) filwaqt li Andrea Pinamonti (37, 58) skorja għal Genoa.