Tuesday, December 17, 2024

Serie A: Konfront klassiku bejn żewġ timijiet li qed jokkupaw l-ewwel post

Aqra wkoll

Meta tintlagħab is-seba’ ġurnata tas-Serie A, l-attenzjoni prinċipali tin­xteħet f’San Siro hekk kif Milan jilqgħu lil Napoli … żewġ timijiet li jinsabu jokkupaw l-ewwel pożizzjoni flimkien ma’ Atalanta li jmorru jilagħbu għand Ro­ma.

Milan v Napoli – Milan jospitaw lil Napoli liema konfront jista’ jmur kull naħa minħabba li ż-żewġ timijiet jinsabu għaddejjin minn forma tajba.

Aktar minn hekk, it-tnejn ġejjin minn rebħa fil-UEFA Champions League meta fit-tieni partita tal-Fażi tal- Gruppi Milan għelbu lil RB Salzburg 3-1 filwaqt li barra minn darhom Napoli għelbu lil Rangers bl-iskor ta’ 3-0.

Bla dubju, dan il-konfront se jippreżenta dwell bejn Olivier Giroud (Milan) u Kvala Kvaratskhelia (Napoli) li bejniethom s’issa skorjaw seba’ goals. 

Ir-Rossoneri għandhom lil Rafael Leao sospiż filwaqt li Ante Rebic, Divock Origi, Alessandro Florenzi, Rade Krunic u Zlatan Ibrahimo­vic jinsabu mweġġgħin.

Napoli ma jistgħux jinkludu lil Hirving Lozano, Victor Osimhen u Diego Demme minħabba l-istess raġuni.

Roma v Atalanta – Il-ko-leaders Atalanta għandhom partita mill-aktar delikata meta jmorru jilagħbu għand Roma li jinsabu punt wa­rajhom.

Roma ġejjin minn rebħa ta’ 2-1 għand Empoli wara li sfaw umiljati minn Udinese bl-iskor ta’ 4-0.

Min-naħa tagħhom Ata­lanta ġejjin minn draw diżappuntanti ta’ 1-1 kontra Cremonese biex b’hekk tilfu ċ-ċans li jaqbżu waħedhom fil-quċċata tal-klassifika.

Il-Bergamaschi se jkol­lhom lil Duvan Zapata, Berat Djimitsi u Marco Carnesecchi neqsin minħabba li jinsabu mweġġgħin.

Roma se jkollhom jgħaddu mingħajr Marash Kumbulla, Stephan El Sharaawy, Georginio Wijnaldum u Ni­colo Zaniolo.

Monza v Juventus – Juventus iridu jinsew id-di­żappunt tal-Fażi tal-Gruppi tal-UEFA Champions Lea­gue meta minn żewġ partiti jinsabu bla punt u qrib l-eliminazzjoni. 

Għaldaqstant iridu jikkonċentraw fil-kampjonat biex ma jitilfux il-kuntatt mat-timijiet ta’ fuq meta jinsabu fit-tmien post.

Huma jmorru jilagħbu għand Monza li jinsabu fil-qiegħ tal-klassifika b’punt wieħed biss.

Din il-partita se timmarka d-debutt tal-coach il-ġdid tagħhom Raffaele Palladino li ħa post Giovanni Stroppa li tneħħa mill-kariga.

Juventus jimmiraw li jirritornaw għar-rebħ wara li f’darhom ġew miżmuma fi draw ta’ 2-2 minn Salernitana fi tmiem mill-aktar drammatiku.

Huma għandhom wisq players imweġġgħin fosthom Adrien Rabiot, Paul Pogba, Wojciech Szczesny, Federico Chiesa, Manuel Locatelli u Alex Sandro filwaqt li Arkadiusz Milik u Juan Cuadrado huma sospiżi.

Monza għandhom lil Andrea Ranocchia u Marco D’Alessandro barra mill- azzjoni minħabba li qed  jirkupraw minn injury.

Ekonomija

Sport