Sunday, December 22, 2024

Serie A: Lazio f’konfront delikat kontra Juventus

Aqra wkoll

Is-Sibt tkompli tintlagħab id-29 ġurnata tas-Serie A fejn Lazio jilqgħu lil Juventus f’konfront delikat.

Lazio v Juventus – Lazio jilqgħu lil Juventus f’dik li hija meqjusa bħala l-aqwa partita ta’ tmiem din il-ġimgħa. 

Il-Bianconeri għandhom bżonn il-punti biex iżommu t-tamiet tagħhom ħajjin għall-kwalifikazzjoni tal- UEFA Champions League wara li tnaqqsulhom 15-il punt minħabba li nstabu ħatja ta’ rregolaritajiet finanzjarji fis-suq tat-trasferimenti. 

Min-naħa ta’ La­zio, li bħalissa għaddejjin minn forma brillanti, jimmiraw li jsaħħu t-tieni pożizzjni. 

Juventus ġejjin minn reb­ħa mqanżħa ta’ 1-0 fuq Verona u l-battikata li ħadu t-Tlieta fid-draw ta’ 1-1 kontra Inter fil-Coppa Italia tista’ tkun ta’ detriment għalihom meta se jiffaċċjaw team frisk.  

Huma se jkunu mingħajr l-imweġġgħin, Leonardo Bo­nucci, Kaio Jorge u Paul Pogba, filwaqt li Moise Kean jinsab sospiż.

Min-naħa l-oħra, il-coach Maurizio Sarri m’għandu l-ebda problemi ta’ players neqsin.   

Torino v Roma – Roma jkomplu jittamaw lil jiksbu post fil-UEFA Champions League għall-istaġun li ġej hekk kif imorru fin-naħa ta’ fuq tal-Italja sabiex jaffrontaw lil Torino. 

Il-Granata jinżlu għal din il-partita mingħajr pressjoni hekk kif jinsabu xxamplati f’nofs il-klassifika u ‘l bogħod minn kull periklu tar-relegazzjoni. 

Il-Giallorossi bħalissa jinsabu fil-ħames post u għaldaqstant xejn għajr minn rebħa ma tissodisfa l- kriterji tagħhom biex jib­qgħu jisfidaw għall-aqwa kompetizzjoni Ewropea. 

Torino għandhom lil Rick Karsdorp u Ebrima Darboe li qed jirkupraw minn injury filwaqt li t-Toro se jkollhom jgħaddu mingħajr l- im­weġġgħin Ivan Ilic, Ola Aina, Yann Karamoh, Ro­naldo Vieira u David Zima.

Atalanta v Bologna Ata­lanta jibdew favoriti meta jospitaw lil Bologna hekk kif għadhom biċ-ċans li jtemmu mal-ewwel erbgħa minħabba li jinsabu distakkati tliet punti biss mir-raba’ post. 

Peró huma ma jistgħux jinkludu Lukas Vorlicky, Berat Djimsiti, Hans Hateboer u lis-sospiż Rafael Toloi.  

Ekonomija

Sport