Sunday, December 29, 2024

Serie A: Lazio jsaħħu t-tieni pożizzjoni

Aqra wkoll

Lazio saħħew it-tieni post meta laqgħu lil Juventus u għelbuhom bl-iskor ta’ 2-1. 

Peró għalkemm il-Bianconeri jinsabu fis-seba’ post u distakkati tmien punti mir-raba’ post, mhux kollox huwa mitluf għalihom. 

Dan minħabba li jekk jirbħu l-appell fir-rigward tat-tnaqqsi ta’ 15-il punt minħabba rregolaritajiet finanzjarji fis-swieq tat-trasferimenti, fid-19 ta’ April, huma jaqbżu waħedhom fit-tieni post. Bħalissa huma għandhom 44 punt filwaqt li Lazio għandhom 58. 

Intant, Lazio fetħu l-iskor minn Sergej Milinkovic-Savic (38) li miegħu ġab ħafna protesti minħabba li fil-proċess tal-goal, Juventus ipprotestaw li huwa ffawlja lil Alex Sandro. 

Peró, erba’ minuti wara Juventus kisbu d-draw minn daqqa ta’ ras ta’ Adrien Rabiot li xeħet fix-xibka wara li Ivan Provedel salva parzjalment it-tentattiv ta’ Bremer. 

Iżda fit-53 minuta, Lazio skorjaw dak li kellu jkun il-goal tar-rebħa meta b’daqqa ta’ takkuna għadda lejn Mattia Zaccagni li kien pront tefa’ fix-xibka.

Ekonomija

Sport