Friday, December 20, 2024

Serie A: Milan f’partita delikata għand Cagliari

Aqra wkoll

Meta tintlagħab it-30 ġurnata tal-kampjo­nat Taljan,  l-attenzjoni tkun mixħuta fuq it-tliet timijiet ta’ fuq, Milan, Napoli u Inter li jilagħbu kontra Ca­gliari, Udinese u Fiorentina, rispettivament.  

Cagliari v Milan – Il-leaders Milan imorru fil-gżira ta’ Sardenja biex jaffrontaw lil Cagliari li jinsabu fuq iż-żona tar-relegazzjoni.  

Huma qed igawdu vantaġġ ta’ tliet punti fuq Napoli u erbgħa fuq Inter b’dawn tal-aħħar iridu jir­kupraw partita. 

Għaldaqstant dan huwa konfront delikat hekk kif Cagliari jinsabu fil-bżonn tal-punti. Min-naħa tar-Rossoneri, dawn jimmiraw għal rebħa minħabba li ma jistgħux iwaqqgħu punti fl-isfida tagħhom għar-rebħ tal- punti.

L-uniku player assenti għalihom se jkun Tiemoue Bakayoko minħabba li qed jirkupra minn injury. 

It-tliet players neqsin għat-team ospitu huma Na­hi­tan Nandez, Damir Ceter, Kevin Strootman u Marko Rog li wkoll jinsabu imweġġgħin.

Napoli v Udinese – Filwaqt li jittamaw f’xi żelqa minn Milan, Napoli jospitaw lil Udinese li jinsabu f’”żona komda”, jiġifieri, tmien punti ‘l bogħod mir- relegazzjoni. Peró huma jimmiraw għal rebħa biex jaċċertaw posthom fl-ogħla diviżjoni. 

Min-naħa tal-Partenopei, dawn jimmira li jirreġistraw it-tieni rebħa konse­kut­tiva biex jibqgħu jżommu l-pass ma’ Milan. 

Huma jibdew favoriti li jirbħu dan il-konfront peró se jkollhom erba’ players neqsin, li huma, Andrea Petagna, Alex Meret, Kevin Malcuit u Axel Tuanzebe.

Udinese mistennija jin­żlu bl-aqwa formazzjoni pos­­­sibbli. 

Inter v Fiorentina – Wara li fallew żewġ punti meta ġew miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn Torino, Inter jilqgħu lil Fiorentina f’dik li hija meqjusa bħala partita diffiċli. 

In-Nerazzurri ma jistgħux iwaqqgħu aktar punti jekk iridu jibqgħu fit-taqtiegħa għar-rebħ tal-punti. Huma jridu jirriorganizzaw wara li naqsu li jkunu konsistenti f’dawn l-aħħar partiti fejn anke ġew eliminati mill-UEFA Champions League. 

Huma se jkunu mingħajr is-servizzi ta’ Marcelo Brozovic u Stefan De Vrij filwaqt li Fiorentina ma jistgħux jinkludu lil Cristiano Biraghi minħabba li jinsabu mweġġgħin. 

Juventus v Salernitana – Wara l-eliminazzjoni umiljanti mill-UEFA Champions League wara li sfaw megħ­luba f’darhom minn Villarreal bl-iskor ta’ 3-0, Juventus iridu jixħtu l-attenzjoni tagħhom fuq il-kampjonat biex itemmu fir-raba’ post. 

Huma jibdew favoriti li jirbħu t-tliet punti meta ji­lagħbu f’darhom kontra t- team ta’ qiegħ il-klassifika, Salernitana, li jinsabu wkoll viċin li jiġu relegati. 

Peró għandhom bosta players imweġġgħin fost­hom, Leo­nardo Bonucci, Denis Zakaria, Kaio Jorge, Weston McKennie u Koni De Winter.

Salernitana se jkunu min­għajr l-erba’ players  Fre­deric Veseli, Ederson Jose, Pasquale Mazzocchi u Andrea Schiavone.

Ekonomija

Sport