Sunday, December 22, 2024

Serie A: Milan ifallu milli jaqbżu fit-tieni pożizzjoni

Aqra wkoll

Fil-Kampjonat Taljan, Milan fallew iċ-ċans li jaqbżu waħedhom fit-tieni post tal-klassifika meta marru għand Fiorentina u sfaw megħluba bl-iskor ta’ 2-1. 

Din ir-rebħa tal-Viola ġiet f’waqtha hekk kif kienu qed jikkommemoraw il-ħames anniversarju tal-mewt tal-player Davide Astori.

Wara taqsima mingħajr goals, il-Viola fetħu l-iskor minn penalty mogħti minn Nicolas Gonzalez (49) wara li Jonathan Ikone twaqqa’ fil-kaxxa minn Fikayo Tomori. Dan kien l-ewwel goal li r-Rossoneri sofrew f’502 minuti fil-kompetizzjonijiet kollha. 

Tliet minuti minn tmiem il-partita, Fiorentina aċċertaw mir-rebħa meta Dodo xeħet cross insidjuż fejn Luca Jovic, daħal bħal vleġġa u b’daqqa ta’ ras qawwija xeħet il-ballun fix-xibka. 

Fil-ħames minuta tal-ħin miżjud Theo Hernandez naqqas il-marġni għal Milan iżda ma kienx fadal ħin biex isalvaw ir-riżultat.   

Ekonomija

Sport