Matul dawn it-tliet ġranet tintlagħab jintlagħab is-sitt programm tas-Serie bl-aktar logħba attraenti tkun dik bejn Juventus u Milan b’dawn tal-aħħar qed jaqsmu l-ewwel post ma’ Napoli u Roma.
Juventus v Milan – Juventus għandhom impenn ferm diffiċli kontra Milan fl-Allianz Stadium.
Ir-Rossoneri għaddejjin minn mument maġiku hekk kif ġejjin minn rebħa ta’ 2-1 fuq Napoli biex laħquhom fil-quċċata tal-klassifika.
Min-naħa tagħhom, Juventus għadhom bla telfa iżda fl-aħħar żewġ ħarġiet fallew erba’ punti meta ġew miżmuma minn Verona u minn Atalanta bl-iskor identiku ta’ 1-1.
Il-Milanisti se jkollhom jgħaddu mingħajr is-servizzi tas-sospiżi Pervis Estupinan u Santiago Gimenez filwaqt li Fikayo Tomori u Ardon Jashari huma mweġġgħin.
Juventus iridu jaraw il-kundizzjoni fiżika ta’ Chico Conceicao, Gleison Bremer, Khephren Thuram-Ulien, Arkadiusz Milik u Fabio Miretti.
Napoli v Genoa – Iċ- champions Napoli jimmiraw li jirritornaw għar- rebħ hekk kif jaffrontaw lil Genoa, fi Stadio Diego Armando Maradona.
It-team immexxi mill-coach, Antonio Conte, irid jagħraf kif se jirriorganizza u jirkupra mit-telfa kontra Milan.
Peró, huma jinżlu għal dan il-konfront b’moral għoli hekk kif nhar l-Erbgħa li għadda, il-Partenopei rreġistraw rebħa ta’ 2-1 fuq Sporting, fil-Fażi tal-Kampjonat tal-UEFA Champions League.
Napoli għandhom bosta players neqsin li jinkludu lil Mathias Olivera, Leonardo Spinazzola, Amir Rrahmani, Alessandro Buongiorno, Jesper Lindstroem, Nikita Contini u Romelu Lukaku, għax jinsabu mweġġgħin.
Min-naħa tagħhom, Genoa ma jistgħux jinkludu lil Junior Messias għall-istess raġuni.
Inter v Cremonse – Din hija partita delikata għal Inter hekk kif jilqgħu lil Cremonese li jinsabu bl-istess ammont ta’ punti.
Dan minbarra li Cremonese għadhom ma ġewx megħluba s’issa.
In-Nerazzurri bħal donnhom ġejjin f’tagħhom wara li sofrew żewġ telfiet fil-kampjonat.
Huma saħansitra għelbu lil Sparta Prague bl-iskor ta’ 3-0, fil-Fażi tal-Kampjonat tal-UEFA Champions League fejn Lautaro Martinez kien il-protagonista permezz ta’ doppjetta.
Min-naħa tagħhom, Cremonese jimmiraw għat-tieni rebħa kontra team minn Milan wara li, fit-23 ta’ Awwissu, kienu għelbu lil AC Milan bl-iskor ta’ 2-1.
Inter għandhom il-players kollha għad-dispożizzjoni tagħhom filwaqt li Cremonese ma jistgħux jinkludu lil Michele Collocolo li jinsab imweġġa’. Mattia Valoti u Federico Baschirotto jinsabu dubjużi.