Sunday, December 22, 2024

Serie A: Milan jilħqu lil Inter fit-tieni post

Aqra wkoll

Fil-Kampjonat Taljan, Milan laħqu lir-rivali eterni Inter fit-tieni post tal-klassifika meta għelbu lil Atalanta bl-iskor ta’ 2-0 bil-goals jaslu wieħed f’kull taqsima. 

Min-naħa ta’ Atalanta, dawn sofrew it-tieni telfa konsekuttiva biex ħadu daqqa ta’ ħarta oħra fit-tentattiv li jkomplu jisfidaw għal post fil-UEFA Champions League. 

Ir-Rossoneri fetħu l-iskor fil-25 minuta meta Theo Hernandez fajjar kanunata minn 25 metru bogħod bil-ballun jaħbat mal-wieqfa iżda jaħbat ukoll mal-goalkkeper Juan Musso u jispiċċa fix-xibka. 

Milan baqgħu jiddominaw iżda kellhom jistennew sa erba’ minuti mit-tmiem biex aċċertaw mir-rebħa meta Junior Messias ikkonkluda billi qabbeż il-ballun minn fuq il-goalkeeper tal-Bergamaschi wara li rċieva mingħand Rafael Leao.

Ta’ min jgħid li f’din il-partita daħal jilgħab Zlatan Ibrahimovic meta fl-74 minuta ssostitwixxa lil Olivier Giroud. Din kienet l-ewwel darba għalih li jilgħab wara li f’Mejju 2022 sartilu operazzjoni f’irkopptu … biex sar l-ixjeħ player li qatt lagħab għal Milan fis-Serie A, fl-etá ta’ 41 sena and 146 jum. Huwa kiser ir-rekord ta’ Alessandro Costacurta fl-etá ta’ 41 sena u 125 jum. 

Ekonomija

Sport