Fl-aktar partita mistennija fl-Italja ta’ tmiem il-ġimgħa, Milan rebħu d-Derby Della Madonnina meta għelbu lir-rivali eterni, Inter, bl-iskor ta’ 3-2.
Iżda kienu n-Nerazzurri li fetħu l-iskor minn Marcelo Brozovic (21) iżda Milan kisbu d-draw permezz tal-attakkant Portugiż Rafael Leao (28).
Fit-tieni taqsima, ir-Rossoneri fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals minn Olivier Giroud (54) u Leao (60) biex dan tal-aħħar irreġistra doppjetta personali.
Minkejja li Edin Dzeko (67) reġa’ daħħal lil Inter fil-partita, il-Milanisti ma taw l-ebda spazju lill-“kuġini” fit-tentattiv li jsalvaw il-logħba.