Milan irritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Torino bl-iskor ta’ 1-0 bil-goal jasal fit-62 minuta minn Olivier Giroud li kkonkluda bir-ras mill-cross ta’ Theo Hernandez biex din kienet l-ewwel rebħa f’xahar f’partita kompetittiva.
Barra minn hekk, ir-Rossoneri pattew għaż-żewġ telfiet kontra l-istess Granata f’dan l-istaġun … 2-1 fis-Serie A f’Ottubru u 1-0 ix-xahar li għadda fil-Coppa Italia.
Lejn it-tmiem, Sandro Tonali rriskja li jikkommetti auto-goal minn corner iżda Milan resqu viċin li jirduppjaw meta Pierre Kalulu falla ċans tad-deheb minn pożizzjoni ideali.