Friday, December 13, 2024

Serie A: Milan megħluba minn Torino

Aqra wkoll

Iċ-champions renjanti Taljani, Milan,  ħadu skoss qawwi fit-tentattiv li jkomplu jiddefendu t-titlu meta marru għand Torino u sfaw megħluba bl-iskor ta’ 2-1 biex issa niżlu fit-tielet post tal-klassifika u distakkati b’sitt punti mil-leaders Napoli.

Ir-Rossoneri kienu fuq sensiela ta’ erba’ rebħiet iżda kellhom ibaxxu rashom quddiem il-Granata bil-goals tagħhom jaslu minn Koffi Djidji (35) u Aleksei Miranchuk (37) f’temp ta’ żewġ minuti … b’Junior Messias (67) iwieġeb għal Milan.

It-team ta’ Stefano Pioli ġie ssuperat minn Atalanta, li jinsabu punt vantaġġ fuq Milan grazzi għar-rebħa ta’ 2-0 f’Empoli fil-partita bikrija tal-Ħadd.

Iżda r-rebbieħa l-kbar fi tmiem il-ġimgħa kienu Napoli, li għelbu lil Sassuolo bl-iskor ta’ 4-0 u jinsabu fit-triq li jirbħu l-kampjonat għall-ewwel darba mill-1990.

Ekonomija

Sport