Fis-Serie A, Milan fallew żewġ punti importanti oħra fit-tentattiv li jżommu l-kuntatt mal-leaders Inter meta marru għand it-team tal-qiegħ tal-klassifika, Salernitana, u temmew fi draw ta’ 2-2.
Kien Fikayo Tomori (17) li fetaħ l-iskor għal Milan iżda żewġ goals minn Federico Fazio (42) u Antonio Candreva (63) taw vantaġġ lit-team ospitu.
U meta kollox deher li Salernitana kienu se jiksbu t-tieni rebħa tal-istaġun, Luka Jovic salva r-riżutat għar-Rossoneri fil-ħin miżjud.