Sunday, November 24, 2024

Serie A: Milan u Inter jibqgħu jittamaw għall-UCL

Aqra wkoll

Fil-Kampjonat Taljan, Mi­lan u Inter żammew it-tamiet tagħhom ħajjin li jispiċċaw mal-ewwel erbgħa hekk kif irreġistraw reb­ħiet kontra Lecce u Empoli rispettivament.  

Milan v Lecce – Milan ospitaw lil Lecce u rebħulhom bl-iskor ta’ 2-0 biex saħħew il-ħames post. 

L-eroj tar-Rossoneri kien l-attakkant Portugiz, Rafael Leao (40, 75) li skorja ż-żewġ goals li waslu wieħed f’kull taqsima. 

Empoli v Inter – Inter għadhom fit-taqtiegħa li jikkwalifikaw għall-UEFA Champions League meta marru għand Empoli u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-0.

Il-protagonista ta’ din ir-rebħa kien l-attakkant Belġjan, Romelu Lukaku (48, 76), li rreġistra doppjet­ta bil-goal l-ieħor jasal minn Lautaro Martinez (88). 

Monza v Fiorentina – F’din l-ewwel avventura tagħhom fl-ogħla diviżjoni, Monza komplew jissorprendu meta f’darhom għelbu lil Fiorentina bl-iskor ta’ 3-2 wara li kienu fi żvantaġġ ta’ żewġ goals skorjati minn Christian Kouame (8) u Riccardo Saponara (13). 

Peró auto-goal ta’ Cristiano Biraghi (26), Dany Mo­ta (43) u Matteo Pessina (59 pen) taw ir-rebħa lil Monza. 

Udinese v Cremonese– Udinese kisbu rebħa komda ta’ 3-0 fuq Cremonese bl-iskorers ikunu Lazar Samardzic (2), Nehuen Perez (27) u Isaac Success (36).

Sampdoria v Spezia – Fil-partita li ntlagħbet tard is-Sibt filgħaxija, Sampdoria u Spezi temmew fi draw ta’ 1-1. Kien Bruno Amione (23) li fetaħ l-iskor għat-team ospitu iżda Daniele Verde (59) wieġeb għal Spezia. 

Sport