Fil-Kampjonat Taljan, iċ-champions Taljani, Milan ġew umiljati f’darhom minn Sassuolo bl-iskor ta’ 5-2 biex issa ilhom ma jirbħu sitt logħbiet fil-kompetizzjonijiet kollha.
Barra minn hekk, ir-Rossoneri ġejjin minn telfa kbira ta’ 4-0 għand Lazio biex niżlu għal din il-partita b’moral baxx ħafna. Iżda żgur li ħadd ma antiċipa din it-telfa kbira.
B’din it-telfa, issa l-pressjoni fuq il-coach, Stefano Pioli, qed tikber biex eventwalment jitlef postu.
Il-goals ta’ Sassuolo, li jinsabu fis-16-il post, ġew skorjati minn Gregoire Defrel (30), Davide Frattesi (22) u menico Berardi (30), Armand Lauriente (47 pen) u Matheus Henrique (79) filwaqt li Olivier Giroud (24) u Divock Origi (81) wieġbu għar-Rossoneri.