Fil-Kampjonat Taljan, Inter ħadu skoss qawwi fit-tentattiv li jkomplu jisfidaw għal post mal-ewwel erbgħa, li jfisser post fiċ-Champions League meta sfaw megħluba minn Napoli bl-iskor ta’ 1-0.
In-Nerazzurri lagħbu t- tieni taqsima bi player inqas meta fl-48 minuta tkeċċielhom Roberto Gagliardini wara li ntwera żewġ karti sofor.
Il-goals waslu minn Andre Zambo Anguissa (67), Giovanni Di Lorenzo (85) u Gianluca Gaetano (93) filwaqt li Romelu Lukaku (82) wieġeb għal Inter.
Lecce v Spezia – Lecce u Spezia temmew fi draw ta’ mingħajr goals liema riżultat ma kkuntenta li ħadd minħabba li ż-żewġ timijiet jinsabu fil-periklu tar-relegazzjoni.
Torino v Fiorentina – Friski mill-kwalifikazzjoni għall-finali tal-UEFA Conference League meta fis-semi-finali għelbu lil Basel tal-Isvizzera, Fiorentina marru għand Torino u ġew miżmuma fi draw ta’ 1-1.
Wara taqsima ta’ bla goals Fiorentina fetħu l-iskor fit-48 minuta iżda Antonio Sanabria (66) kiseb id-draw għall-Granata.
Milan v Sampdoria – Fil-partita li ntlagħbet tard is-Sibt fil-għaxija Milan għelbu lil Sampdoria bl-iskor kbir ta’ 5-1, bil-goals jaslu minn Rafael Leao (9), tripletta minn Olivier Giroud (23, 29 pen, 68) u Brahim Diaz (63) filwaqt li Fabio Quagliarella (20) kiseb id-draw momentarju għal Sampdoria li huma diġá relegati.