Saturday, December 6, 2025

Serie A: Napoli jilqgħu lil Juventus f’logħba diffiċli

Aqra wkoll

Matul dawn it-tlett ijiem tintlagħab l-14-il ġurnata tas-Serie A, fejn bla dubju, l-aqwa partita hija fi Stadio Diego Armando Maradona hekk kif Napoli jospitaw lil Juventus f’dik li hija partita delikata għaż-żewġ timijiet.  

Min-naħa tagħhom, Milan, li qed jaqsmu l-ew­wel post ma’ Napoli, imorru jilagħbu għand Torino, filwaqt li Inter jilqgħu lil Como u Roma jmorru għand Cagliari.

Napoli v Juventus – Dan hu dwell klassiku bejn żewġ timijiet li dejjem ġi­bed l-attenzjoni tal-partitarji madwar id-dinja.

Napoli jinżlu għal dan il-konfront b’moral għoli hekk kif ġejjin minn rebħa ta’ 1-0 fuq Roma, fi Stadio Olimpico.

Anke Juventus ġejjin minn riżultat pożittiv, b’reb­ħa ta’ 2-1 fuq Cagliari. Wara t-tkeċċija tal-coach, Igor Tudor, jidher li l-Bianconeri mexjin lejn id-direzzjoni l-ġusta taħt ir-responsabbiltá ta’ Luciano Spalletti.

Napoli se jkollhom neq­sin lil Miguel Gutierrez, Frank Anguissa, Billy Gilmour, Kevin De Bruyne, Alex Meret u Romelu Lukaku filwaqt li Juventus ma jistgħux jinkludu lil  Dusan Vlahovic, Daniele Rugani, Carlo Pinsoglio, Gleison Bremer u Arkadiusz Milik, minħabba li kollha qed jirkupraw minn injury.

Torino v Milan – Torino għandhom partita diffiċli meta jilqgħu lil Milan li ġejjin minn rebħa ta’ 1-0 fuq Lazio.

Taħt il-gwida tal-coach, Massimiliano Allegri, it-team tar-Rossoneri qed jiffunzjona tajjeb hekk kif l-aktar player veteran, Luka Modric, 38 sena, qed ikun l-ispirazzjoni u jorkes­tra l-logħob min-nofs il-ground bl-aktar mod komdu.

Milan ma jistgħux jagħ­mlu użu minn Youssouf Fofana, Christian Pulisic, Zachary Athekame u San­tiago Gimenez filwaqt li Torino se jħossu n-nuqqas ta’ Cristiano Biraghi, Ar­dian Ismajli, Giovanni Simeo­ne, Ivan Ilic, Saba Sazonov u Perr Schurrs li jinsabu mweġġgħin.

Inter v Como – Inter ji­lagħbu f’darhom kontra Como li jinsabu fil-ħames post tal-klassifika u ġejjin minn żewġ rebħiet.

Como huma s-sorpriża ta’ dan l-istaġun hekk kif hu­ma sofrew telfa waħda biss.

Rebħa għalihom tkun tfisser li jilħqu lill-istess Inter.

Inter għandhom bosta players neqsin fosthom Yoan Bonny, Denzel Dumfries, Tomas Palacios, Matteo Darmian u Raffaele di Gennaro.

Cagliari v Roma – Roma jridu jirritornaw għar-rebħ hekk kif ġejjin minn telfa ta’ 1-0.

Huma jmorru għand Cagliari li f’darhom huma sfida denja għal kulħadd u għaldaqstant qed jistennew partita diffiċli. Peró rebħa hija mperattiva għall-Giallorossi biex jibqgħu jżommu l-kuntatt ma’ ta’ fuq.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport