Friday, December 13, 2024

Serie A: Napoli jistgħu jsiru champions

Aqra wkoll

Meta bdiet tintla­għab it-32 ġuranta tal-Kampjonat Taljan, l-attenzjoni se tkun mixħuta fuq Stadio Diego Armando Maradona hekk kif Napoli jilqgħu lil Salernitana fejn rebħa għalihom tkun tfis­ser li jkunu żewġ punti ‘l bogħod mir-rebħ tal-Iscudetto.  

Napoli v Salernitana – Il-leaders Napoli jilqgħu lil Salernitana fejn jibdew favoriti netti li jirbħu dan il-konfront fejn iressaqhom aktar lejn ir-rebħ tat-titlu. 

Huma jkun jonqoshom żewġ punti … peró jekk Lazio jitilfu kontra Inter, li se jilagħbu qabel il-logħba ta’ Napoli, il-Partenopei jiġu dikjarati cham­pions wa­ra nuqqas ta’ 33 sena. 

Jekk f’każ li Lazio jo­ħorġu rebbieħa għand Inter, in-Naplitani jkollhom jerfgħu x-xampanja għat-Tlieta fejn imorru jilagħbu għand Udinese. 

Għal din il-partita, Napoli se jkollhom jgħaddu mingħajr l-imweġġgħin Matteo Politano, Mario Rui u Giovanni Simeone. 

Inter v Lazio – Bla dubju, dan huwa l-aqwa konfront ta’ tmiem il-ġimgħa hekk kif xejn għajr minn rebħa ma tissodisfa l-kriterji ta’ Inter minħabba li bħalissa jinsabu barra miż-żona tal-UEFA Champions League. 

Telfa tkun daqqa ta’ ħarta kbira għall-objettivi tagħ­hom.

Peró huma jinżlu b’moral għoli hekk kif ġejjin minn rebħa fuq Juventus biex ikkwalifikaw għall-finali tal- Coppa Italia.

Min-naħa ta’ Lazio, dawn iridu jsaħħu t-tieni post biex jikkwalifikaw għall-aqwa kom­petizzjoni Ewropea fejn qed juru logħob verament sabiħ taħt il-gwida tal-coach Maurizio Sarri. 

Filwaqt li Inter għandhom liż-żewġ players, Hen­rikh Mkhitaryan u Mi­lan Skriniar, jinsabu mweġġgħin, Lazio se jinżlu bl-aqwa formazzjoni possibbli.   

Bologna v Juventus – Juventus imorru għand Bologna, bil-mira li jirritornaw għar-rebħ minħabba li ġej­jin minn tliet telfiet konsekuttivi. 

Telfa oħra jkunu qed jipperikolaw it-tielet post wara li ngħataw il-15-il punt li kienu tteħdulhom f’Jannar li għadda minħabba rregolaritajiet finanzjarji. 

Moise Kean u Kaio Jorge se jkunu neqsin għall-Bianconeri minħabba li qed jirkupraw minn injury.

Roma v Milan – Roma jospitaw lil Milan, biż-żewġ timijiet qed jissieltu biex itemmu mal-ewwel erbgħa u għaldaqstant għandhom joffru wirja missielta sal-aħħar. 

Paulo Dybala, Diego Llo­rente, Chris Smalling u Georginio Wijnaldum se jkunu neqsin għal Roma filwaqt li Tommaso Pobega u Olivier Giroud mhux se jilagħbu għal Milan għax imweġġgħin. 

Ekonomija

Sport