Sunday, November 24, 2024

Serie A: Napoli jkabbru l-vantaġġ għal 13-il punt fil-quċċata

Aqra wkoll

Napoli kabbru l-vantaġġ tagħhom fil-quċċata tal-klassifika ta’ Serie A għal 13-il punt wara rebħa missielta fuq Roma.

Il-Partenopei temmew l-ewwel round b’vantaġġ ta’ 12-il punt u bit-telfa ta’ Milan kontra Sassuolo, huma żiedu punt ieħor hekk kif Inter qabżu lill-”kuġini” biex telgħu waħedhom fit-tieni post tal-klassifika.

Huma mill-ewwel ħarġu fuq l-offensiva u fis-17-il minuta fetħu l-iskor meta Khvicha Kvaratskhelia xeħet cross insidjuż fejn Victor Osimhen ikkontrolla b’sidru qabel fajjar xutt li spiċċa fis-saqaf tax-xibka. 

 Il-partita baqgħet waħda missielta fejn iż-żewġ settijiet ta’ players kellhom iċ-ċansijiet tagħhom sakemm fil-75 minuta, Stephan El Shaarawy kiseb id-draw għal Roma meta rtokka l-ballun għal ġox-xibka mill-cross ta’ Nicola Zalewski.

Madankollu erba’ minuti mit-tmiem, kienu Napoli li reġgħu marru fil-vantaġġ meta Piotr Zielinski xeħet lejn Giovanni Simeone li minkejja li kien issikkat minn Chris Smalling sab l-ispazju biżżejjed u rnexxielu jitfa’ l-ballun fix-xibka u lill-partitarji f’dellirju ta’ ferħ … hekk kif din kienet it-tmien rebħa konsekuttiva ta’ Napoli fil-kampjonat. 

Sport