Fis-Serie A Taljana, il-leaders komplew jersqu lejn ir-rebħ tat-titlu meta barra minn darhom għelbu lil Lecce bl-iskor ta’ 2-1 biex fetħu vantaġġ ta’ 19-il punt fil-quċċata tal-klassifika.
Kien Giovanni Di Lorenzo (19) li fetaħ l-iskor għall-Partenopei iżda Federico Di Francesco (52). Madankollu kellu jkun auto-goal ta’ Antonino Gallo (64) li ta r-rebħa lil Napoli. Huwa niżżel il-ballun b’sidru lejn il-goalkeeper sieħbu, Wladimiro Falcone, b’dan jinħasad għal kollox bil-ballun jgħaddi minn bejn idejh.
Milan ma approfittawx mid-draw ta’ Inter għand Salernitana bl-iskor ta’ 1-1 hekk kif ukoll wkoll ġew miżmuma f’darhom minn Empolil bl-iskor ta’ mingħajr goals.