Friday, November 15, 2024

Serie A: Napoli jkomplu għaddejjin

Aqra wkoll

Napoli komplew għaddejjin bis-sensiela po­żittiva meta marru għand Cremonese u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 4-1 biex saħħew l-ewwel post tal-klassifika u b’hekk qed juru li jinsabu fi klassi għalihom.  

L-iskorers tal-Partenopei kienu Matteo Politano (26 pen), Giovanni Simeone (76), Hirving Lozano (92) u Mathias Olivera (94) filwaqt li Cyriel Dessers (47) kiseb id-draw momentarju għat-team ospitu.

Torino v Empoli – Torino salvaw ir-riżultat ta’ 1-1 kontra Empoli b’goal ta’ Sasa Lukic (90) wara li Mattia Destro (49) fetaħ l-iskor għal Empoli.

Monza v Spezia – Monza għelbu lil Spezia 2-0, bl-iskorers ikunu Carlos Augusto (32) u Pablo Mari (63).

Udinese v Atalanta – Udinese laqgħu lil Atalanta u temmew fi draw ta’ 2-2 liema riżultat ma ssodisfa lil ħadd. Ademola Lookman (36) u Luis Muriel (56 pen) fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals għall-Bergamaschi iżda Ge­rard Deulofeu (67) u Nehuen Perez (78) salvaw ir-rizultat għal Udinese.

Salernitana v Verona – Salernitana għelbu lil Verona bl-iskor ta’ 2-1, b’goals minn Krzysztof Piatek (18) u Boulaye Dia (92) filwaqt li  Fabio Depaoli (56) kiseb id-draw momentarju għal Verona.

Bologna v Sampdoria – Fil-partita li ntlagħbet is-Sibt fil-għaxija, Bologna u Sampdoria temmew fi draw ta’ 1-1. Kien Nicolas Do­minguez (32) li fetaħ l-iskor għal Bologna iżda Filip Djuricic (72) kiseb id-draw għall-viżitaturi.  

Ekonomija

Sport