Napoli rreġistraw il-11-il rebħa konsekuttiva meta marru għand Roma u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0 grazzi għall-goal maġiku ta’ Victor Osimhen, 10 minuti mit-tmiem.
Fil-veritá kienet partita bilanċjata fejn Roma ma kienx jimmeritahom li joħorġu b’idejhom vojta.
Iżda fit-80 minuta, minn azzjoni mejta, Osimhen għeleb lil Chris Smalling f’taqtiegħa għall-ballun u minn pożizzjoni angolata l-attakkant Niġerjan għeleb lill-goalkeeper Rui Patricio.
B’din ir-rebħa, il-Partenopei kabbru l-vantaġġ fl-ewwel post għal tliet punt bit-team ta’ warajhom ikun dak ta’ Milan.