Saturday, September 27, 2025

Serie A: Napoli jwaqqgħu l-ewwel punti fil-logħba kontra Milan?

Aqra wkoll

Meta tintlagħab il-ħa­mes ġurnata tas-Serie A, l-attenzjoni prinċipali se tkun mixħuta fuq San Siro hekk kif Milan jospitaw lil-leaders Napoli li għandhom punti massimi. 

Bla dubju, dan huwa programm mill-aktar interessanti hekk kif se jippreżenta wkoll logħbiet li jis­­pikkaw bħal Juventus v Atalanta u Cagliari v Inter.

Milan v Napoli – Dan huwa konfront klassiku bejn Milan u Napoli fejn iqanqlu ż-żminijiet sbieħ tat-tmeninijiet u d-disgħini­jiet bi players bħal Ruud Gullit u Marco van Basten għar-Rossoneri  kif ukoll Diego Armando Maradona u Careca għall-Partenopei.

Intant, filwaqt li n-Nap­litani rebħu l-partiti kol­lha s’issa, il-Milanisti ġew megħluba f’okkażjoni waħ­­­da, f’darhom kontra Cremonese bl-iskor ta’ 2-1 u għaldaqstant jinsabu distakkati bi tliet punti.

F’din il-partita għandu jkun hemm dwell interessanti bejn Luka Modric u Christian Pulisic (Milan) u Scott McTominay u Kevin De Bruyne (Napoli).

Milan se jkollhom jgħaddu mingħajr is-sospiż San­tiago Gimenez u l-imweġ­ġgħin, Ardon Jashari, Mike Maignan, Rafael Leao u Tommaso Pobeg.

Napoli ma jistgħux jinkludu lil Nikita Contini u Romelu Lukaku minħabba li qed jirkupraw minn in­jury.

Juventus v Atalanta – Juventus għandhom impenn pjuttost diffiċli meta jilqgħu lil Atalanta.

Il-Bianconeri jimmiraw li jirritornaw għar-rebħ hekk kif fl-aħħar ħarġa tagħhom ġew miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn Verona biex fallew żewġ punti u tilfu l-pass ma’ Napoli fil-quċċata tal-klassifika.

Min-naħa tagħhom, Ata­lanta ġejjin minn reb­ħa ta’ 3-0 għand Torino u għalhekk  jinżlu għal dan il- konfront b’moral għoli.

Iżda huma għandhom bosta players imweġġgħin, fosthom Isak Hien, Nicola Zalewski, Charles De Ke­te­laere, Giorgio Scalvini, Ibrahim Sulemana, Gian­luca Scamacca, Ederson, Mitchel Bakker u Sead Kolasinac.

Cagliari v Inter – Inter li jinsabu fl-10 post tal-klassifika jmorru jilagħbu f’Sardinja għand Cagliari f’dik li hija meqjusa bħala partita mill-aktar diffiċli.

In-Nerazzurri ġew megħ­luba darbtejn minn erba’ logħbiet biex tilfu l-kuntatt ma ta’ fuq u għaldaqstant ma jistgħux jaffordjaw li joħorġu minn dan il-konfront b’idejhom vojta.

Iżda huma jridu jissupe­raw ‘ostaklu’ li jinsab fis-seba’ post tal-klassifika u għalhekk iridu jkunu bl-aqwa forma possibbli.

Mil-lat pożittiv, il-coach Cristian Chivu, se jinżel bl-aqwa forma possibbli minħabba li l-players kol­lha jinsabu għad-dispożiz­zjoni tiegħu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport