Fiorentina sikktu lill-partitarji Naplitani fi Stadio Diego Armando Maradona b’rebħa mistħoqqa ta’ 3-1 hekk kif taw twissija lill-avversarji tas-Serie A li huma se jkunu fost l-isfidanti għar-rebħ tat-titlu.
Goals ta’ Josip Brekalo (7), Giacomo Bonaventura (63) u Nicolas Gonzalez (93) taw it-tliet punti lil Viola filwaqt li Victor Osimhen (45) kiseb id-draw momentarju lill-Parteniopei minn penalty.
Din ir-rebħa tara lit-team immexxi mill-coach, Vicenzo Italiano, jaqbeż lil Napoli fir-raba’ post.
Min-naħa l-oħra, din it-telfa tixħet aktar pressjoni fuq il-coach ta’ Napoli, Rudi Garcia, li ħafna qed iqisu li taħt it-tmexxija tiegħu tilfu kull direzzjoni.