Sunday, December 29, 2024

Serie A: Napoli u Inter favoriti li jiksbu rebħa

Aqra wkoll

Matul dawn l-erba’ ġra­net jintlagħab l-24 programm tal-Kampjonat Taljan, bil-leaders Napoli jkunu nvoluti f’partita delikata meta jmorru jilagħbu għand Empoli bil-għan li jkomplu għaddejjin bis- sensiela pożittiva. 

Inter, li jinsabu fit-tieni post, barra minn darhom jaffrontaw lil Bologna fejn mistennija joħorġu bit-tliet punti. 

Partita ferm interessanti hija bejn Milan u Atalanta li t-tnejn qed jissieltu għal post fil-UEFA Champions League.  

Empoli v Napoli – Napoli  jmorru għand Empoli mingħajr l-ebda pressjoni hekk kif qed igawdu vantaġġ ta’ 15-il punt f’ras il-klassifika. 

Huwa jinżlu b’moral mill-aktar għoli meta ġejjin minn rebħa ta’ 2-0 għand Eintracht Frankfurt biex għandhom sieq waħda fil-kwarti-finali tal-UEFA Champions League. 

Jidher li  bħalissa dak kollu l-Partenopei jmissu jsirilhom deheb. Huwa jimmiraw li jiksbu d-19-il reb­ħa fl-aħħar 20 logħba. 

Huma mistennija li jutilizzaw l-istess formazzjoni li biha għelbu lil Eintracht. 

Bologna v Inter – Inter jibdew favoriti li joħorġu bit-tliet punti meta jmorru jilagħbu għand Bologna li jinsabu xxamplati fit-tmien post. 

Fir-realtá, hija ferm diffiċli li Inter jilħqu lil Napoli  u għaldaqstant huma għandhom jikkonċentraw li jtemmu fit-tieni post tal-klassifika. 

Dan minbarra li huma għandhom iċ-ċans li jikkwalifikaw għall-kwarti-finali taċ-Champions League. 

Bologna ma jistgħux jinkludu lil Adama Souaro, Joshua Zirzkee, Nicola Sansone u Kevin Bonifazi filwaqt li Inter għandhom barra lil Joaquin Correa.

Milan v Atalanta – Milan jospitaw lil Atalanta f’dik li hija meqjusa partita mill-aktar diffiċli. 

Filwaqt li r-Rossoneri ġejjin minn rebħa ta’ 1-0 għand Monza, Atalanta sfaw megħluba f’darhom kontra Lecce bl-iskor ta’ 2-1 u għaldaqstant xejn għajr minn rebħa ma tissodisfa l-kriterji tagħ­hom jekk iridu jżommu l-kuntatt maż-żona Ewropea. 

Milan se jkollhom jgħaddu mingħajr l-imweġġgħin Davide Calabria, Ismael Bennacer u Mike Maignan filwaqt li Atalanta għandhom lil   Duvan Zapata, Hans Hateboer u Mario Pa­salic neqsin għall-istess raġuni.

Juventus v Torino – Juventus u Torino jilagħbu fid-”Derby delle Mole” hekk kif il-Bianconeri jin­sabu fuq wieħed biss fuq il-Granata, fis-seba’ u fid-disa’ post rispettivament.  

Hemm dan id-distakk ta’ punt wara li Juventus ġew imnaqqsa 15-il punti wara li nstabu ħatja ta’ rregola­ritajiet fir-rigward tal-kotba finanzjarji tagħhom. 

B’hekk, iċ-ċansijiet li jik­kwalifikaw għall-UEFA Champions League huma remoti ħafna. 

Huma għandhom bosta players neqsin fosthom Paul Pogba, Federico Chiesa, Fabio Miretti, Arkadiusz Milik u Kaio Jorge

Ekonomija

Sport