Friday, November 15, 2024

Serie A: Napoli umiljati minn Milan

Aqra wkoll

Iċ-champions eletti Napoli sofrew biss it-tielet telfa tas-Serie A tal-istaġun hekk kif ġew umiljati miċ-champions renjanti, Milan, li għelbuhom bl-iskor ta’ 4-0 fl-Armando Maradona Stadium ta’ Napoli.

It-team ta’ Luciano Spalletti jibqa’ 16-il punt fuq Lazio li jinsabu fit-tieni post, b’Milan issa jitilgħu fit-tielet post.

Rafael Leao (17) skorja il-goal tal-ftuħ mill-isbaħ meta għeleb lil Alex Meret u Brahim Diaz (25) skorja t-tieni ta’ Milan.

Leao (59) żied goal tajjeb individwali u Alexis Saelemaekers (67) issiġilla r-rebħa bir-raba’ wieħed meta sab ix-xibka minn bejn saqajn Meret.

Il-kwarti-finalisti taċ-Champions League, Napoli, li ilhom kważi perfetti l-istaġun kollu, issa tilfu tnejn mill-aħħar erba’ logħbiet tagħhom fis-Serie A, wara li ġew megħluba darba biss mill-ewwel 24.

Iżda huma jridu jirbħu ħamsa mill-10 logħbiet li fadal biex jaċċertaw l-ewwel titlu tas-Serie A tagħhom mill-1990.

Din kienet l-akbar telfa minn meta tilfu 5-1 kontra Atalanta fl-2007-08.

Milan se jkunu biss champions Taljani għal ftit ġimgħat oħra – u salvaw l-aqwa prestazzjoni tagħhom tal-istaġun għal żmien opportun.

Ekonomija

Sport