Saturday, December 21, 2024

Serie A: Napoli v Milan l-aqwa partita

Aqra wkoll

L-aqwa partita tat-28 ġurnata tas-Serie A hija dik bejn iż-żewġ timijiet li qed jokkupaw il-quċċata tal- klassifika fejn Napoli jospitaw lil Milan. 

Min-naħa ta’ Inter li jinsabu fit-tieni post b’żewġ punti inqas iżda jridu jir­kupraw partita kienu fl-az­zjoni tard il-bieraħ fil-għaxi­ja fejn jittamaw ukoll li dan il-konfront jintemm fi draw. 

Napoli v Milan – Dan huwa konfront diffiċli bejn Napoli u Milan minkejja li l-Partenopei jibdew ftit aktar favoriti minħabba li għandhom il-vantaġġ li se jilagħbu f’darhom. 

Rebħa għal xi ħadd minn­hom tkun tfisser pass kbir biex ikomplu jisfidaw għar- rebħ tat-titlu. Iżda telfa tkun skoss qawwi għall-objettivi tagħhom hekk kif Inter huma sfidanti denji u għaldaqstant l-iżvantaġġ mhux se jiġi rkuprat malajr.

Barra minn hekk, riżultat ta’ draw ma jikkuntenta lil ħadd ħlief lin-Nerazzurri. 

Napoli għandhom bosta players li qed jirkupraw minn injury fosthom Kevin Malcuilt, Andre Zambo Anguissa, Axel Tuanzebe u Hirving Lozano.

Min-naħa tagħhom, Milan ma jistgħux jinkludu lill-attakkant veteran Zlatan Ibrahimovic iżda mistenni jid­ħol il-ġimgħa d-dieħla, b’ Ales­sio Romagnoli li wkoll huwa dubjuż.

Juventus v Spezia – Fuq il-karta Juventus jibdew favoriti meta f’darhom ji­lagħbu kontra Spezia li jinsabu fis-16-il post, jew aħjar, erba’ punti fuq iż-żona tar-relegazzjoni. 

Wara bidu kemmxejn ne­gattiv, Juventus bħal donnhom  qabdu r-ritmu f’dawn l-aħħar ġimgħat u kisbu punti ferm importanti li ressquhom biss seba’ punti bogħod mill-quċċata. 

L-aħħar akkwist tagħ­hom f’Jannar li għadda, is-Serb Dusan Vlahovic, jin­sab fil-quċċata tal-lista tal-iskorers meta sab ix-xibka 20 darba għalkemm ħafna mill-goals skorjahom meta kien jilgħab ma’ Fio­rentina.

Peró huwa se jkun pedina mill-aktar importanti li fl-assenza tal-imweġġa’ Fe­derico Chiesa, infilsa lilu nnifsu tant tajjeb fl-iskwadra u fil-pjani tal-coach.  

Peró l-Bianconeri għandhom bosta players neqsin fosthom, Denis Zakaria, Alex Sandro, Westin Mc­Kennie, Paulo Dybala u Giorgio Chiellini.

Min-naħa ta’ Spezia, dawn għandhom liż-żewġ players, Kelvin Adou u Jakub Kiwior, sospiżi.  

Roma v Atalanta – Dan huwa konfront mill-aktar importanti għaż-żewġ timijiet fejn xejn għajr minn reb­ħa ma tissodisfa l-kriterji tagħhom biex jibqgħu jisfidaw għal post fiċ-Cham­pions League. 

Il-coach ta’ Atalanta, Giam­piero Gasperini, għandu lil Rafael Toloi sospiż filwaqt li Ruslan Malinovski, Josep Ilicic u Duvan Zapata qed jirkupraw minn injury. 

Min-naħa ta’ Roma, Felix Afena Gyan, Sergio Olivera u Leonardo Spinazzola, ukoll se jkun neqsin għax jinsabu mweġġgħin. 

Ekonomija

Sport