Saturday, March 21, 2026

Serie A: Partita delikata għal Inter kontra Fiorentina

Aqra wkoll

Wara li lbieraħ ntlagħbu żewġ partiti mit-30 ġurnata tas-Serie A, il-programm tal-lum u ta’ għada jippreżenta logħbiet mill-aktar interessanti fejn il-leaders Inter ikunu nvoluti f’konfront delikat kontra Fiorentina.

Filwaqt li n-Nerazzurri jimmiraw li jirritornaw għar-rebħ wara telfa kontra Milan (1-0) u draw kontra Atalanta (1-1), Fiorentina jinżlu għal din il-logħba b’moral għoli hekk kif ġejjin minn rebħa ta’ 4-1 fuq Cremonese biex tbegħdu miż-żona tar-relegazzjoni.

Minkejja li fallew ħames punti fl-aħħar żewġ ħarġiet, l-isfidanti ewlenin, Milan, sfaw megħluba fl-aħħar ħarġa tagħhom bl-iskor ta’ 1-0 kontra Lazio biex il-vantaġġ ta’ Inter fil-quċċata huwa dak ta’ tmienja minflok ħames punti … biex issa huma l-favoriti netti li jirbħu li Scudetto għal 21 darba.

Inter ma jistgħux jutilizzaw lil Lautaro Martinez, Sebastiano Esposito, Hakan Calhanoglu u Valentin Carboni minħabba li qed jirkupraw minn injury.

Milan v Torino – Milan ukoll jimmiraw li jirritor­naw għar-rebħ hekk kif fallew tliet punti mill-aktar importanti fit-telfa ta’ 1-0 kontra Lazio.

Barra minn hekk ma jistgħux ifallu minħabba li hekk kif fadal disa’ partiti għat-tmiem jistgħu jintlaħqu minn dawk it-timi­jiet li qed jisfidaw biex itemmu fl-ewwel erba’ postijiet.

Ir-Rossoneri se jkollhom jgħaddu mingħajr is-servizzi tas-sospiżi Adrien Ra­biot, Santiago Gimenez u l-imweġġgħin Matteo Gabbia u Ruben Loftus-Cheek.

Juventus v Sassuolo – Juventus jilqgħu lil Sassuolo u filwaqt li jibdew favo­riti netti li jieħdu t-tliet punti, huma jittamaw li Como jieħdu skoss kontra Pisa biex jaqbżuhom fir-raba’ post.

Il-Bianconeri jimmiraw għat-tielet rebħa konsekut­tiva wara li għelbu lil Pisa u lil Udinese 4-0 u 1-0 rispettivament.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport