Sunday, November 10, 2024

Serie A: Partita delikata għal Milan għand Lazio

Aqra wkoll

Meta tintlagħab l-34 ġurnata tal-kampjo­nat Taljan, l-attenzjoni prin­ċipali tkun mixħuta fi Stadio Olimpico  fejn il- lead­ers Milan imorru jilagħbu għand Lazio f’dik li hija meqjusa bħala partita diffiċli. 

Lazio v Milan – Lazio jilqgħu lil Milan fejn xejn għajr minn rebħa ma tissodisfa l-kriterji tar-Rossoneri  hekk kif huma jinsabu żewġ punti fuq Inter li iżda jridu jirkupraw partita. 

Barra minn hekk, l-istess Milan iridu jpattu għad- diżappunt tal-eliminazzjoni mill-Coppa Italia fejn fis- semi-finali huma tilfu kontra Inter bl-iskor ta’ 3-0. 

Min-naħa tagħhom, La­zio għadhom qed jissieltu biex jikkwalifikaw għall- UEFA Europa League u għaldaqstant rebħa hija imperattiva għalihom. 

Il-coach tagħhom, Mau­rizio Sarri, ma jistax jinkludi lil Patric li jinsab imweġġa’ filwaqt li Milan se jkollhom jgħaddu mingħajr Zlatan Ibrahimovic, Alessio Romagnoli, Alessandro Flo­renzi u Simon Kjaer, li qed jirkupraw minn injury. 

Inter v Roma – Din hija partita delikata għal Inter meta jospitaw lil Roma li ġejjin minn draw ta’ 1-1  għand Napoli. 

Bla dubju, Inter jinżlu għal dan il-konfront b’mo­ral għoli hekk kif ġejjin minn rebħiet ta’ 3-1 kontra Spezia fil-kampjonat u 3-0 fuq Milan fis-semi-finali tal-Coppa Italia. 

U filwaqt li jittamaw għal xi żelqa minn Milan, huma jridu jiksbu t-tliet punti konxji mill-fatt li għad għandhom partita oħra x’jir­kupraw. 

Min-naħa tagħhom, Ro­ma għadhom qed jissieltu għar-raba’ post li jfisser biljett għall-UEFA Champions League.

Filwaqt li l-coach, Simone Inzaghi, għandu l-is­kwadra kollha għad-dispo­żizzjoni, Roma se jkollhom jgħaddu mingħajr is-sospiż Daniel Fuzato u l-imweġġa’  Nicolo Zaniolo.

Empoli v Napoli – Napoli jmorru għand Empoli fejn jimmiraw li jirritornaw għar-rebħ wara d-draw ta’ 1-1 kontra Roma biex ħadu skoss qawwi fit-tentattiv li jkomplu jisfidaw għar-rebħ tat-titlu. 

Empoli huma prattikament salvi u għalhekk m’għandhom l-ebda pres­sjoni.  Huma għandhom lil Simon Zurkovski sospiż filwaqt li Lorenzo Tonelli u Niclas Haas huma mweġ­ġgħin.

Napoli ma jistgħux jinkludu lil David Ospina, Giovanni di Lorenzo u Stanislav Lobotka.

Sassuolo v Juventus – Sassuolo, li jinsabu f’nofs il-klassifika, jilqgħu lil Juventus li fl-aħħar partita tagħhom ġew miżmuma f’darhom minn Bologna, iżda reġgħu sabu l-forma kontra Fiorentina fis-semi- finali tal-Coppa Italia b’reb­ħa ta’ 2-0. 

Il-coach, Massimo Alleg­ri, għandu problemi kbar ta’ players imweġġgħin b’total ta’ sebgħa … fosthom Federi­co Chiesa, Matthijs de Ligt, Weston McKennie, Manuel Locatelli, Kaio Jorge, Arthur u Marley Ake.

Sassuolo se jkunu mingħajr  Jeremy Tolian u Abdul Haroui.

Sport