Sunday, December 22, 2024

Serie A: Partiti delikati għal Juventus, Inter u Milan

Aqra wkoll

Meta tintlagħab it-tieni ġurnata tal-kampjo­nat Taljan, l-attenzjoni prin­ċipali ddur fuq Juventus, Inter u Milan, li fuq il-karta jibdew bħala favoriti meta jaffrontaw lil Verona, Lecce u Parma rispettivament.  

U filwaqt li l-Bianconeri jimmiraw li jiksbu t-tieni rebħa minn daqstant partiti, iż-żewġ timijiet ta’ Milan iridu jinsew id-diżappunt tal-ewwel ġurnata meta ġew miżmuma fi draws.

Verona v Juventus – Juventus jimmiraw li jkomplu jibnu fuq il-wirja eċċezzjo­nali li kellhom kon­tra Como bl-iskor ta’ 3-0.

It-team immexxi mill-coach, Thiago Motta, ikkonvinċa bil-kbir fil-logħba kontra t-team mil-Lombar­dia fejn spikka fost l-oħrajn il-Belġjan, Samuel Mbangula, li minbarra li niżżel ismu fuq il-lista tal-iskorers, huwa kien involut ukoll fiż-żewġ goals l-oħra. 

Jidher, li minkejja ġew introdotti bosta żgħażagħ ġod­da, l-istaġun se jkun wieħed pożittiv.  

Verona bdew l-istaġun b’rebħa impressjonanti ta’ 3-0 fuq Napoli li ġew sorpriżi minn dan it-team mo­dest … bil-goals jaslu minn  Dailon Livramento u doppjetta ta’ Daniel Mosquiera

Juventus għandhom bosta players imweġġgħin –  Arkadiusz Milik, Kheph­rem Thuram, Timothy Weah, Federico Chiesa, Arthur, Filip Kostic u Mattia de Sciglio. Verona għandhom barra lil Suat Serdar u Juan Manuel Cruz.

Inter v Lecce – Iċ-champions Inter huma favoriti li jiksbu t-tliet punti meta jospitaw lil Lecce. 

Kontra kull mistenni, fl-ewwel ħarġa tagħhom huma ġew miżmuma fi draw ta’ 2-2 minn Genoa. 

Huma ġew imċaħħda mit-tliet punti permezz ta’ goal drammatiku ta’ Junior Messias, fil-95 minuta. Iżda n-Nerazzurri setgħu għalqu l-partita aktar kmieni peró fallew bosta ċansijiet.

Lecce ġew litteralment umiljati f’darhom minn Atalanta bl-iskor ta’ 4-0. U wara din it-telfa, il-partitarji diġá qed jitolbu t-tkeċċija tal-coach, Luca Gotti.

Inter se jkollhom jgħaddu mingħajr is-servizzi ta’  Stefan de Vrij u Tachon Buchanan filwaqt li Lecce ma jistgħux jinkludu lil Mohamed Kaba, minħabba li kollha qed jirkupraw minn injury. 

Parma v Milan – Milan imorru jilagħbu għand it-team promoss ta’ Parma li fl-istaġun li għadda rebħu s-Serie B. 

Ir-Rossoneri jibdew bħala favoriti iżda fl-istess waqt hija partita delikata.  

Bla dubju, huma jridu ju­ru rispett massimu u jridu juru forma aħjar minn dik ta’ tmiem il-ġimgħa pre­ċedenti meta, f’darhom, setgħu biss jispiċċaw fi draw ta’ 2-2  kontra Torino hekk kif salvaw il-logħba b’goal   ta’ Noah Okafor, fil-95 mi­nuta. 

Min-naħa tagħhom, Parma ġejjin minn draw ta’ 1-1 għand Fiorentina.

Il-Milanisti ma jistgħux jagħmlu użu minn  Alvaro Morata, Alessandro Florenzi u Marco Sportiello, għax jinsabu mweġġgħin. 

Her­nani, Gabriel Charpentier, u Adrian Benedy­ciak se jkunu neqsin għal Parma.

Ekonomija

Sport