Saturday, December 14, 2024

Serie A: Partiti delikati għat-timijiet ta’ fuq

Aqra wkoll

Meta tintlagħab is-16-il ġurnata tas-Serie A, l-erba’ timijiet ta’ fuq, Ata­lanta, Napoli, Inter u Fio­rentina għandhom partiti delikati meta jilagħbu kontra Cagliari, Udinese, Lazio u Bologna rispettivament … kollha barra minn darhom.   

Cagliari v Atalanta – Il-­leaders Atalanta jmorru Sardinja biex jaffrontaw lil Cagliari li jinsabu fin-naħa t’isfel tal-klassifika iżda hu­ma avversarji diffiċli meta jilagħbu f’darhom. 

L-istatistika għall-Berga­maschi hija waħda pożittiva meta minn 15-il partita reb­ħu 11, spiċċaw draw f’ok­każ­joni waħda u sofrew    tliet telfiet.   

Cagliari ma jistgħux jinkludu lil Gianluca Lapadula filwaqt li Atalanta se jkollhom jgħaddu mingħajr Giorgio Scalvini, Juan Cuadrado u Gianluca Scamacca … kollha qed jir­kup­raw minn injury.

Udinese v Napoli – Napoli jimmiraw li jirritornaw għar-rebħ meta jilagħbu kontra Udinese. 

Il-Partenopei ġejjin minn żewġ telfiet infila kontra Lazio – 3-1 fil-Coppa Italia u 1-0 fil-kampjonat. 

Udinese jinsabu f’nofs il-klassifika b’20 punt minn 15-il logħba u kien mistenni ħafna aktar minnhom f’dan l-istaġun iżda ma żammewx il-konsistenza.  

Napoli se jħallu barra lil Pasquale Mazzocchi li jinsab imweġġa’ filwaqt li Udinese ma jistgħux jagħmlu użu minn Keinan Davis, Maduka Okoye, Martin Pa­yero u Alexis Sanchez għax kollha jinsabu mweġġħin. 

Lazio v Inter– Bla dubju, din il-partita hija l-aqwa konfront ta’ dan il-prog­ramm. 

Lazio jimmiraw li jżommu l-forma tagħhom fil- kampjonat hekk kif jidhru li huma sfida denja kontra Inter li jinsabu fit-tielet post iżda b’logħba inqas li jridu jirkupraw kontra Fiorentina. 

Huma jinsabu tliet punti taħt il-leaders, Atalanta, u għaldaqstant irid jżommu l-pass tagħhom u għal­daq­stant il-pressjoni tinsab kol­lha fuqhom. 

Huma għandhom neqsin  lil Denzel Dumfries, Raffaele di Gennaro, Benjamin Pavard u Francesco Acerbi neqsin filwaqt li Lazio għandhom barra lil Valentin Castellanos li hu sospiż u Luca Pellegrini u Matias Vecino li huma mweġġgħin.

Bologna v Fiorentina – Fiorentina jmorru għand Bologna b’moral mill-aktar għoli hekk kif ġejjin minn tmien rebħiet konsekuttivi li huwa rekord tal-club. 

Iżda huma jridu juru rispett lejn Bologna li jinsabu fit-tmien post tal-klassifika u qed jisfidaw għal post f’kompetizzjoni Ewropea. 

Il-Viola se jkunu bl-aqwa formazzjoni iżda ovvjament mingħajr Edoardo Bove li jinsab l-isptar għall-kura. 

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport