Saturday, April 11, 2026

Serie A: Partiti kruċjali għal Como u Juventus

Aqra wkoll

Meta fadal seba’ partiti għat-tmiem tal-is­taġun tas-Serie A , jidher li Inter se jirbħu l-kampjonat hekk kif jinsabu seba’ punti fuq l-eqreb rivali, Napoli.

Għaldaqstant, l-attenzjoni ddur fuq it-taqtiegħa bejn it-tliet timijiet min minnhom se jikkwalifika għaċ-Champions League.

U jidher li filwaqt li Napoli u Milan għandhom sieq waħda ġewwa, it-taqtiegħa prinċipali se tkun bejn Como u Juventus li hemm punt wieħed biss jifred lil dawn iż-żewġ ti­mijiet.

U proprju, dawn iż-żewġ timijiet għand­hom partita kruċjali hekk kif Como jospitaw lil Inter filwaqt li Juventus jivvjaġġaw lejn Bergamo biex jaffrontaw lil Atalanta. 

Como v Inter – Como, it-team rivelazzjoni ta’ dan l-istaġun, għandhom partita mill-aktar diffiċli kontra l-leaders Inter.

Huma ġejjin minn draw ta’ mingħajr goals għand Udinese u għaldaqstant reb­ħa hija prioritá biex iżommu t-tamiet tagħhom ħajjin biex jaqtgħu l-biljett tagħhom għall-aqwa kompetizzjoni Ewropea.

Huma se jilagħbu kontra team li għandu l-moral għoli wara r-rebħa kbira ta’ 5-2 fuq Roma … u żgur li mhux se jċedu pulzier biex jagħmlu pass ieħor lejn ir-rebħ tal-Iscudetto.

Din se tkun id-30 darba li dawn iż-żewġ timijiet se jiltaqgħu fejn Inter rebħu 20 kontra s-sitta ta’ Como … bl-aħħar waħda għal Como tmur lura għall-15 ta’ Diċembru, 1985, bl-iskor ta’ 1-0 … bil-goal jasal minn Stefano Borgonovo … meta f’dak l-istaġun Como kienu salvaw bi tliet punti. 

Sfotunatament, l-istess Borgonovo kien miet fl-2013 bil-marda tal-ALS (Am­yotrophic lateral sclerosis).

Atalanta v Juventus – Juventus jiffaċċjaw lil Atalanta li bħal donnhom reġgħu sabu l-forma, tant, li jekk joħorġu rebbieħa, jiftħu beraħ it-taqtiegħa għar-raba’ post hekk kif idaħħlu magħhom lil Roma li lbie­raħ fit-tard laqgħu lil Pisa.

Għaldaqstant, xejn għajr minn rebħa ma tissodisfa l- kriterji tal-Bianconeri min­ħabba li teżisti possibbiltá li t-taqtiegħa tkun bejn erba’ timijiet.

Jekk Como jitilfu kontra Inter u Atalanta u Roma jiksbu t-tliet punti, allura punt wieħed ikun qed jifred lill-erba’ timijiet. 

Atalanta ġejjin minn żewġ rebħiet wara żewġ draws u għaldaqstant qed jaraw din il-partita bħala opportunitá għal ‘trejqa’ li tista’ twassalhom lejn l-objettiv tagħhom.

Min-naħa ta’ Juventus, fl-aħħar erba’ logħbiet irreġistraw tliet rebħiet u draw u ilhom ma jiġu megħluba mill-21 ta’ Frar li għadda, proprju minn Como bl-iskor ta’ 2-0 … għaldaqstant ma jistgħux ifallu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport