Friday, November 15, 2024

Serie A: Pass ieħor ta’ Napoli lejn ir-rebħ tat-titlu?

Aqra wkoll

Matul dawn it-tlett ijiem tintlagħab it-28 ġurnata tal-Kampjonat Taljan  l-aktar partita interessanti hija dik bejn il-leaders preżenti, Napoli, u ċ-champions renjanti, Milan, hekk kif il-Partenopei jimmiraw li jersqu aktar lejn ir-rebħ tat-titlu minħabba li qed igawdu vantaġġ ta’ xejn inqas minn 19-il punt fuq l-eqreb rivali (Lazio) li huwa rekord assolut. 

Napoli v Milan – Napoli jospitaw lil Milan f’dik li hija l-aqwa partita ta’ dan il- programm. 

In-Naplitani huma favo­riti li jiksbu t-tliet punti minħabba li qabdu ritmu li bħalissa ħadd ma jista’ jwaqqafhom hekk kif fl-aħħar 23 partita sfaw megħ­luba darbtejn biss. 

Mhux l-istess jista’ jin­għad għar-Rossoneri li fl-aħ­ħar disa’ partiti rebħu biss tlieta fejn sofrew ukoll ħames telfiet biex issa qed jirriskjaw li ma jikkwalifikawx għall-kompetizzjoni tal-UEFA Champions Lea­gue.  

Peró wieħed irid jgħid ukoll li fl-aħħar żewġ konfronti fi Diego Maradona Stadium, il-Milanisti ħarġu rebbieħa bl-iskors ta’ 3-1 u 1-0 rispettivament. 

Għaldaqstant, il-Partenopei jridu jpattu għal dan id-diżappunt. 

Huma għandhom neqsin lil Diego Demme u Giacomo Raspadori filwaqt li Milan ma jistgħux jużaw lil Pierre Kalulu u Junior Messias filwaqt li Zlatan Ibrahimovic li għadu dubjuż.

Monza v Lazio – Lazio jmorru għand Monza f’dik li hija meqjusa bħala partita delikata li iżda xejn għajr minn rebħa ma’ tissodisfa l-kriterji tagħhom biex jib­­q­għu jisfidaw għal post mal- ewwel erbgħa. 

Huma għandhom lil Adam Marusic mweġġa’ filwaqt li Monza ma jistgħux jinkludu lis-sospiżi Matteo Pessina u Armando Izzo b’Ni­colo Rovella qed jir­kup­ra minn injury.

Inter v Fiorentina – Inter jibdew favoriti li jiksbu t-tliet punti meta jilqgħu lil Fiorentina li jinsabu f’nofs il-klassifika. Huma għandhom neqsin lis-sospiż Danilo D’Ambrosio kif ukoll l-imweġġgħin Edin Dzeko, Milan Skriniar, Alessandro Bastoni u Nicolo Barella.

Il-Viola għandhom barra lil lil Riccardo Sottil u Aleksa Terzic.

Ekonomija

Sport