Monday, December 23, 2024

Serie A: Possibbiltá li Inter ikabbru l-vantaġġ?

Aqra wkoll

Meta llum titkompla tintlagħab is-17-il ġur­­­nata tas-Serie A, l-attenzjoni prinċipali tkun mixħuta fuq it-timijiet li qed jokkupaw l-ewwel żewġ pożizzjoni, Inter u Juventus. Filwaqt li n-Nerazzuri jospitaw lil Lecce, il-Bianconeri jmorru jilagħbu għand Frosinone. 

Lazio v Lecce – Il-leaders Inter jibdew favoriti fuq il-karta meta jilqgħu lil Lecce fi Stadio San Siro. 

Bħalissa, l-Interisti jinsabu erba’ punti fuq Juventus u teżisti possibbiltá li jkom­plu jkabbru l-vantaġġ minħabba li Juventus għandhom prova diffiċli.  

Huma ġejjin minn reb­ħa tajba ta’ 2-0 barra minn darhom kontra Lazio. 

Iżda proprju nhar l-Erb­għa, kontra kull mistenni, huma sfaw eliminati mill-Coppa Italia li rebħu fl-istaġun li għadda, meta f’darhom sfaw megħluba minn Bologna bl-iskor ta’ 2-1 liema tliet goals ġew skorjati fil-ħin barrani. 

Iżda n-Nerazzurri setgħu rebħu fil-ħin normali li kienu Lautaro Martinez skorja mill-11-il metru wara li ngħataw penalty. 

Aktar minn hekk, l-is­tess Martinez huwa ferm dubjuż minħabba li f’din it-telfa huwa sofra injury muskolari fil-koxxa. 

Bla dubju, li n-nuqqas tiegħu se jinħass hekk kif huwa l-aqwa skorer Inte­rista bi 15-il goal. 

Peró, Inter għandhom po­tenzjal biżżejjed biex jiksbu t-tliet punti. Huma għandhom neqsin ukoll lil Alexis Sanchez, Juan Cuadrado, Denzel Dumfries u Stefan De Vrij.

Frosinone v Juventus – Juventus se jilagħbu kontra team li għandu moral għoli hekk kif ġej minn rebħa kbira ta’ 4-0 għand Napoli fil-Coppa Italia biex ħolqu waħda mill-akbar sorpriżi fl-istorja ta’ din il-kompetizzjoni. 

It-team mir-reġjun ta’ La­zio qed ikollu staġun sodisfaċenti bil-limitaz­zjonijiet tiegħu meta jinsab fit-13-il post.  

Min-naħa tagħhom, Juventus iddiżappuntaw fl-aħħar ħarġa tagħhom hekk kif setgħu biss jispiċċaw fi draw ta’ 1-1 kontra Genoa biex fallew żewġ punti mill-aktar prezzjużi fl-isfida għar-rebħ tat-titlu. 

Għaldaqstant, huma ma jistgħux ifallu kontra Frosinone … u  Federico Chiesa u Dusan Vlahovic jridu jkunu fl-aqwa forma minħabba li Juventus jiddependu wisq fuqhom biex jiskorjaw. 

Frosinone se jkollhom jgħaddu mingħajr is-servizzi ta’ Luca Mazzitelli, Jesus Carvalho, Riccardo Machizza u Sergio Kalaj filwaqt li Juventus ma jistgħux jinkludu lil Moise Kean u Mattia de Sciglio. 

Ekonomija

Sport