Saturday, December 20, 2025

Serie A: Programm ristrett ta’ sitt partiti

Aqra wkoll

Illum u għada tintlagħab is-16-il ġurnata tas-Serie A iżda bi programm ristrett minħabba li, f’Doha fil-Qatar, qed tintlagħab is-Super Cup Taljana li fiha ħadu sehem l-erba’ timijiet ta’ Napoli, Milan, Bologna u Inter, bil-finali tintlagħab nhar it-Tnejn li ġej.

Għaldaqstant, l-attenzjoni ddur fuq Juventus u Lazio li se jaffrontaw lil Roma u lil Cremonese rispettivament.

Juventus v Roma – Juventus li jinsabu fil-ħames post tal-klassifika jilqgħu lil Roma li qegħdin pożiz­zjoni qabilhom u b’erba’ punti vantaġġ.

Għaldaqstant, rebħa hija imperattiva għall-Bianco­neri biex jibqgħu jżommu l-kuntatt mat-timijiet ta’ fuqhom.

Jekk min-naħa l-oħra, Roma joħorġu bit-tliet punti tkun daqqa ta’ ħarta għal Juventus minħabba li d-distakk bejn iż-żewġ timi­jiet jikber għal seba’ punti kif ukoll jistgħu jinqabżu minn timijiet oħra.

Interessanti l-fatt ukoll huwa li Juventus huma l-aktar team li għeleb lil Roma fl-ogħla diviżjoni b’total ta’ 86 darba filwaqt li t-team mill-belt kapitali ħareġ rebbieħ 42 darba bl-54 partiti l-oħra jintemmu fi draw.

Barra minn hekk, Juve huma t-tieni l-aktar li skor­jaw goals kontra Roma fl-istorja tas-Serie A, b’total 278 … b’Inter jikklassifikaw fl-ewwel post bi 300.

Juventus ma jistgħux jin­kludu lill-attakkanti Ar­kadiusz Milik u Dusan Vlahovic u dawn qed jinħassu ferm speċjalment tal-aħħar. Neqsin ukoll hemm Carlo Pinsoglio u Federico Gatti.

Roma se jkollhom jgħaddu mingħajr Mehmet Zeki Celik, Neil El Aynaoui u Edoardo Bove … għax kollha qed jirkupraw minn inju­ry.

Lazio v Cremonese – Lazio jospitaw lil Cremonese f’dik li hija meqjusa bħala waħda delikata hekk kif huma neqsin mill-konsistenza.

Peró, it-team immexxi mill-coach, Maurizio Sarri, bħal donnu ġej  f’tiegħu wara perjodu xejn feliċi fejn rebaħ l-aħħar konfront kontra Parma 1-0 … wara telfa kontra Milan (1-0) u draw kontra Bologna (1-1).

Ir-rendiment ta’ Cremonese, li rritornaw mis-Serie B f’dan l-istaġun, huwa kkalkulat bħala wieħed sodisfaċenti hekk kif jinsabu f’żona komda, jiġifieri, fil-11-il post tal-klassifika … u inċidentalment huma kisbu 11-il punt mil-logħbiet tagħhom barra minn darhom.

Għaldaqstant, Lazio jri­du jkunu konxji u juru rispett massimu lejn l-avversarji tal-lum minħabba li jkunu aktar offensivi barra minn darhom.  

Lazio se jkunu min­għajr bosta palyers – Toma Basic, Mattia Zaccagni, Mario Gila, Gustav Isaksen, Elseid Hysaj, Samuel Gigot, Nicolo Rovella u Dimitrije Kamenovic li kollha jinsabu mweġġgħin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport