Saturday, October 18, 2025

Serie A: Roma b’partita diffiċli kontra Inter

Aqra wkoll

Meta jirritorna l-kampjonat Taljan wara l-waqfa ta’ ġimagħtejn min­ħabba l-kalendarju internazzjonali, ti­n­t­lagħab is- seba’ ġurnata, bl-aqwa pa­­­­­rtita tkun dik bejn Roma u Inter filwaqt li Napoli jmorru jilagħbu għand Torino.  

Roma v Inter – Bla dubju, dan huwa l-aqwa konfront ta’ tmiem il-ġimgħa tas-Serie A bejn żewġ timijiet li jinsabu fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika.

Filwaqt li Roma qed jaqsmu l-ewwel post ma’ Napoli, Inter jinsabu fir-raba’ post b’distakk ta’ tliet punti.

Immexxija mill-coach, Giampiero Gasperini, il-Gial­lorossi jinsabu għaddejjin minn forma formidabbli u ispirati mill-wirjiet tal-internazzjonali Arġentin, Matias Soule.

Wara żewġ telfiet staġjo­nali, Inter bħal donnhom reġgħu qabdu r-ritmu hekk kif il-players issa qed jidraw il-metodu tattiku tal-coach Christian Chivu.

Peró, il-fatt li se jilagħbu barra minn darhom se jkun ostaklu diffiċli u għaldaqstant xejn għajr minn rebħa ma tissodisfa l-kriterji tagħhom.

Rebħa għal Roma tkun tfisser li huma jiftħu sitt punti vantaġġ fuq l-istess Nerazzurri. 

Dawn tal-aħħar għandhom lil Marcus Thuram imweġġa’ filwaqt li Roma għandhom neqsin lil Angelino, Marash Kumbulla u Edoardo Bove li wkoll qed jirkupraw minn injury.

Torino v Napoli – Iċ- champions Taljani, Napoli, jmorru għand Torino f’dik li hija meqjusa bħala partita delikata.

It-team immexxi minn Antonio Conte kiseb ħames rebħiet minn sitt logħ­biet u qed jimmira li jkompli bil-kontinwitá pożittiva minħabba li jekk ifalli xi punti jista’ jinqabeż minn Roma.

Min-naħa tagħhom, Torino huma fil-bżonn tal-punti hekk kif jinsabu fis-16-il post tal-klassifika, żewġ punti fuq iż-żona l-ħamra.

Napoli ma jistgħux jinkludu lil Matteo Politano, Stanislav Lobotka, Alessandro Buongiorno, Romelu Lukaku, Amir Rrahmani, Jesper Lindstroem u Nikita Contini.

Como v Juventus – Como jospitaw lil Juventus fejn jimmiraw għar-raba’ rebħa fuq il-Bianconeri fl-istorja tas-Serie A … bl-aħħar waħda tasal fl-20 ta’ Jannar, 1952.

Jekk it-team immexxi mill-coach, Cesc Fabregas, joħroġ rebbieħ huwa jilħaq lill-istess Juventus hekk kif  jinsab b’distakk ta’ tliet punti.

Min-naħa tagħhom, Juventus ma jistgħux ifallu jekk iridu jibqgħu jżommu l-pass mal-leaders.

Huma se jkollhom jgħaddu mingħajr is-servizzi ta’ Gleison Bremer, Daniele Rugani, Arkadiusz Milik, Juan Cabal u Fabio Miretti li kollha huma mweġġgħin.

Como għandhom lil Jesus Rodriguez u Edoardo Goldaniga sospiżi.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport