Sunday, December 22, 2024

Serie A: Roma jagħtu skoss qawwi lil Inter

Aqra wkoll

Inter ħadu skoss qawwi fit-tentattiv li jkomplu jisfidaw għar-rebħ tal-kampjonat meta f’darhom sfaw megħluba minn Roma bl-iskor ta’ 2-1 biex kienet l-ewwel rebħa għal dawn tal-aħħar mill-2017 fil-konfronti diretti. 

Jose Mourinho rritorna f’San Siro, iżda kien fl-istands minħabba sospensjoni u għaldaqstant ħareġ rebbieħ kontra l-eks team tiegħu li kien ikkowċja bejn l-2008 u l-2010 fejn kien mexxa lin-Nerazzurri għar-rebħ tat-Treble. 

Kienu Inter li fetħu l-iskor meta fit-30 minuta Federico Dimarco kkonkluda mill-pass ta’ Nicolo Barella. 

Iżda disa’ minuti wara,  il-Giallorossi kisbu d-draw meta Leonardo Spinazzola żmarka lil Paulo Dybala li mill-viċin dawwar il-ballun fis-saqaf tax-xibka. 

Fis-76 minuta, Roma skorjaw il-goal tar-rebħa b’daqqa ta’ ras ta’ Chris Smalling. 

Ekonomija

Sport