Wednesday, February 26, 2025

Serqa minn ħanut f’Bormla… għaddejja tfittxija għall-ħalliel

Aqra wkoll

Aktar kmieni llum, għall-ħabta tat-3:00 a.m., il-Pulizija ġiet infurmata li
seħħet serqa minn ħanut tal-merċa fi Triq San Pawl, Bormla.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel liebes hoodie allegatament armat b’sikkina, daħal fil-ħanut u talab l-flus lill-kaxxiera, mara ta’ 30 sena.

Ir-raġel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.

Ħadd ma weġġa’, bil-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għall-ħalliel. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport