Friday, July 4, 2025

Serqa minn ħanut f’Ħal Tarxien 

Aqra wkoll

Illum, għall-ħabta tas-2:00 p.m., il-Pulizija ġiet infurmata li seħħet serqa minn ħanut fi Triq Santa Monika, Ħal Tarxien. Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel allegatament b’ħadida f’idu, daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxiera, tfajla ta’ 20 sena. 

Huwa ħarab minn fuq il-post wara li seraq il-kexxun tal-flus b’xi kontanti u oġġetti oħra. Ħadd ma weġġa’, bil-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għal dan ir-raġel. 

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport