Sunday, December 22, 2024

Serqa ta’ $100 miljun f’ġojjelli f’Los Angeles

Aqra wkoll

Ħallelin qed jiġu mfittxija mill-pulizija wara li ħarbu b’kemm jiswew 100 miljun dollari amerikani ta’ ħaġar prezzjuż rari f’serqa ta’ 27 minuta li ġiet imfissra bħala waħda mill-akbar serqiet ta’ ġojjellerija fl-istorja.

Il-Pulizija temmen li l-ħallelin segwew vann mgħobbi bil-ħaġar prezzjuż proprjetà ta’ ‘Mom and Pop operators’ li kienu għal wiri fit-Tramuntana ta’ Kalifornja fl-Istati Uniti.  

Il-ħallelin irrejdjaw il-vann wara li waqqfuh f’żona fejn jieqfu t-trakkijiet f’Los Angeles fis-sigħat bikrin tal-11 ta’ Lulju li għadda.

Il-ħallelin ħadu biss 27 minuta biex bgħattlu l-vann u tbiegħdu minn fuq il-post bis-serqa kolossali wettqu.

Il-president tal-International Gem and Jewelry Show, Arnold Duke, qal li l-vann kien mgħobbi b’kontenituri ta’ ħażna ta’ bejn 70 u 100 libbra ‘l wieħed li kien fihom ħaġar prezzjuż u ġawhar.

Huwa stmat li l-ħallelin serqu mat-30 borża li fihom numru mhux magħruf ta’ ġojjelli individwali. Din is-serqa ħalliet għadd ta’ ġojjellieri xxukkjati wara li raw l-għajxien tagħhom jisparixxi u jfallu finanzjarjament.

Din is-serqa qed tiġi deskritta bħala assolutament enormi u waħda mill-akbar serqiet ta’ ġojjellerija qatt saret li tinkludi deheb, djamanti, rubini, żmeraldi u tagħbijiet ta ‘arloġġi ta’ lussu.

Fil-wirja kien hemm 15-il esebitur b’kull wieħed minnhom esebixxa bejn 5 sa 10 miljun dollari (£4 sa £8.3m) f’ġojjellerija u ħaġar prezzjuż.

Biex wettqu din is-serqa kbira, il-ħallelin irnexxielhom ikissru l-mekkaniżmu tas-sigurta’ u l-illokkjar tal-vann  qabel ma għabbew il-ħaġar prezzjuż f’boroż li kellhom magħhom. 

L-awtoritajiet rrakkuntaw ma’ The Los Angeles Times li żewġ gwardjani armati ħallew il-vettura fil-waqfa tat-trakk fis-sigħat bikrin tal-11 ta’ Lulju.

Il-ħallelin imbagħad daħlu fil-vann  u bdew iħottu kontenituri li kien fihom ġojjelli, deheb, djamanti, rubini, żmeraldi u stashes ta’ arloġġi lussużi fosthom Rolex.

Din is-serqa qed titqabbel mas-serqa ta’ Hatton Garden f’Londra u dik ta’ Antwerp, il-Belġju, li ħadu xhur ta’ ppjanar.

Ekonomija

Sport