Il-kowċ Taljan Serse Cosmi ġie mneħħi minn kowċ ta’ NK Rijeka wara li lanqas biss kien għadu xahrejn fil-kariga.
Wara t-telfa kbira ta’ 7-2 li Rijeka sofrew f’darhom kontra Dinamo Zagreb, l-ogħla awtoritajiet tal-klabb iddeċidew li jqattgħu l-karti minn mal-kowċ ta’ 64 sena.
Din it-telfa niżżlet lil Rijeka fit-tmien post tal-klassifika tal-kampjonat Kroat. Fuq kollox, it-telfa kontra Dinamo Zagreb kienet iċ-ċirasa fuq il-kejk wara l-eliminazzjoni mit-tazza Kroata kontra t-tim modest ta’ Bijelo Brdo.