servizz.gov jixtieq jinforma lill-pubbliku li ċ-ċentru ta’ Raħal Ġdid li jinsab fi Triq Ħal Luqa ser ikun magħluq temporanjament fil-jumejn li ġejjin — għada l-Ġimgħa 8 ta’ Lulju u s-Sibt 9 ta’ Lulju — minħabba xogħlijiet ta’ manutenzjoni.
Il-pubbliku huwa mħeġġeġ jagħmel użu minn ċentru ieħor li jinsab f’Raħal Ġdid fil-binja tal-Kunsill Lokali fi Triq il-Knisja. Dan iċ-ċentru huwa miftuħ mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8:00 a.m. sas-2:00 p.m., l-Erbgħa mill-4:30 p.m. sas-7:00 p.m. u s-Sibt mit-8:00 a.m. sas-1:00 p.m..
B’mod alternattiv, il-pubbliku jista’ jikkomunika ma’ servizz.gov permezz ta’ ċentri reġjonali oħra mxerrda madwar Malta, bl-użu tal-Freephone 153, permezz tal-live chat aċċessibbli mis-sit elettroniku www.servizz.gov.mt kif ukoll permezz tal-indirizz elettroniku [email protected].