Friday, May 10, 2024

Servizz ta’ Day Respite għall-anzjani milquta minn qtugħ ta’ dawl

Aqra wkoll

F’sitwazzjoni ta’ sħana bla preċedent li laqtet lill-Ewropa u l-interruzzjonijiet temporanji fil-provvista tal-elettriku minħabba ħsarat relatati, saru diskussjonijiet bejn il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela u l-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli, bil-għan li jiġi offrut kenn lill-anzjani li jkunu milquta minn qtugħ ta’ dawl.

Għaldaqstant il-Ministeru għall-Anzjanità Attiva ser joffri minnufih servizz temporanju ta’ Day Respite lill-anzjani milquta, li għandhom aktar minn 65 sena. Dan is servizz ta’ matul il-jum ser jingħata fir-residenza San Vinċenz De Paul u fid-djar kollha tal-anzjani kif ukoll f’Dar Padova f’Għawdex.

Il-Ministeru għall-Anzjanità Attiva ser jagħmel minn kollox biex l-anzjani jiġu offruti servizz qrib il-lokalità tagħhom. Se jkun qed jiġi offrut ukoll it-trasport.

Dawk l-anzjani li jixtiequ jagħmlu użu minn dan is-servizz temporanju għandhom iċemplu fuq in-numri 22788491/2/3 jew jibagħtu email fuq [email protected] bejn it-8am u l-5pm.

Sport