Tuesday, April 30, 2024

Servizzi ta’ Transport Malta f’Raħal Ġdid lura għan-normal

Aqra wkoll

Transport Malta avżat lill-pubbliku li s-servizzi li jingħataw minn A3 Towers, Triq l-Arkata, Raħal Ġdid, li kienu mwaqqfa temporanjament minħabba ħsarat tekniċi li l-Awtorità ma kellhiex kontroll fuqhom, reġgħu lura għan-normal.

Fi stqarrija, intqal li s-servizzi kollha li jingħataw f’Raħal Ġdid qegħdin joperaw b’mod normali. 

Transport Malta skużat ruħha għal kull inkonvenjent.


Sport