Minn Cristian Muscat
Barracudas………. 3
Marsaskala………26
(0-7, 1-6, 1-5, 1-8)
Marsaskala dehru ferm preparati għall-konfront deċiżiv ta’ nhar it-Tlieta kontra Exiles meta b’wirja mill-aqwa u mingħajr tbatija għelbu lil Barracudas bl-iskor kbir ta’ 26-3 … biex din il-logħba żvolġiet sessjoni ta’ taħriġ kontra team ġdid u mimli żgħażagħ li minkejja dawn it-telfiet li qed isofru hemm players li jidhru li se jippromettu f’din il-logħba.
L-aqwa skorers tal-Iskalin kienu Jake Ciantar u David Pace Lupi li skorjaw xejn inqas minn sitt goals kull wieħed.
Marsaskala ħarġu ferm aggressivi u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor kbir ta’ 7-0, bl-iskorers għalhom ikunu Mark Carani, Raoul Greco (2), Gerald Sammut, Ayrton Camenzuli, Jake Ciantar u Gianluca Galea.
It-team minn nofsinhar ta’ Malta rebħu wkoll it-tieni sessjoni din id-darba bl-iskor ta’ 6-1, bil-protagonisti jkunu Mark Carani, Malcolm Manara, Gerald Sammut u Jake Ciantar (3). Luke Galea skorja l-uniku goal għal Barracudas.
It-team immexxi mill-coach Ungeriż, Arpad Babay, ittrijonfa wkoll fit-tieni sessjoni bil-punteġġ ta’ 5-1, bl-awturi tal-goals ikunu l-veteran Paul Privitera, David Pace Lupi (2), Jake Ciantar u Gianluca Galea. Andrew Magri rnexxielu jsib ix-xibka għal Barracudas.
Fir-raba’ sessjoni, Marsakala komplew bil-goleada tagħhom bil-punteġġ ta’ 8-1.
David Pace Lupi (4), Raoul Greco, Jake Ciantar, Kyle Navarro u Paul Privitera skorjaw għal Marsaskala filwaaqt li Dean Ciantar skorja l-goal waħdani għal Barracudas.