Neptunes……………..22
Otters…………………….2
(5-0, 5-0, 5-1, 7-1)
Kienet iktar donnha sessjoni ta’ taħriġ il-partita li rat lil Neptunes jegħlbu lil Otters bl-iskor kbir ta’ 22-2.
Fl-ewwel sessjoni, Neptunes, skorjaw ħamsa mingħajr risposta permezz ta’ Aleksandar Ivovic, Jordan Camilleri minn man-up wara li tkeċċa Karl Scicluna, Filip Filipovic (2) bit-tieni goal għalih jasal minn man-up wara li tkeċċa David Dimech, u Stevie Camilleri wkoll minn sitwazzjoni ta’ raġel iktar wara li din id-darba tkeċċa Steve Dimech.
Neptunes rebħu t-tieni sessjoni bl-istess skor li bih ittrijonfaw fl-ewwel waħda jiġifieri dak ta’ 5-0, bl-iskorers għalihom ikunu Alec Fenech (2) bl-ewwel goal għalih jasal minn penalty u t-tieni minn man-up wara li tkeċċa Matthew Farrugia, Aleksandar Ivovic ukoll minn man-up wara li din id-darba tkeċċa Andrew Dimech, u Stevie Camilleri.
Neptunes rebħu wkoll it-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 5-1, fejn għalihom irnexxielhom isibu x-xibka Filip Filipovic (2), Alec Fenech, Enrico Mallia minn man-up wara li tkeċċa Marko Jelaca, u Stevie Camilleri ukoll minn man-up wara li din id-darba tkeċċa Jovan Saric. Matthew Farrugia wieġeb għal Otters.
It-team mill-Balluta għamel l-‘en plain’ meta rebaħ l-aħħar sessjoni bl-iskor ta’ 7-1, bl-iskorers ikunu Jordan Camilleri, Jake Muscat (4) bit-tieni goal tiegħu jasal minn man-up wara li tkeċċa Matthew Farrugia, waqt li r-raba’ goal tiegħu wasal ukoll minn sitwazzjoni ta’ raġel iktar wara li din id-darba tkeċċa Luigi Dimech, Aleksandar Ivovic u Alec Fenech. Isaac Azzoaprdi skorja l-unku goal għal Otters.
Neptunes: 1-Alan Borg Cole, 2-Jake Muscat (4), 3-Sam Gialanze, 4-Gabriel Pace, 5-Mark Castillo, 6-Jake Bajada, 7-Stevie Camilleri (3), 8-Jordan Camilleri (2), 9-Aleksandar Ivovic (4), 10-Filip Filipovic (4), 11-Alec Fenech (4), 12-Enrico Mallia (1), 13-Marco Rossi, 14-Dejan Bugeja, 15-Andreas Fava Coach: Dorian Pisani
Otters:1-Matthew Xerri, 2-Matthias Bonnici, 3-Karl Scicluna, 4-David Dimech, 5-Mark Meli, 6-Marko Jelaca, 7-Isaac Azzopardi (1), 8-Steve Dimech, 9-Luigi Dimech, 10-Jovan Saric, 11-Matthew Farrugia (1), 12-Andrew Dimech, 13-Gianfranco Gatt Ellis, 14-Kenneth Micallef, 15-Kieran Saliba Coach: Robert Munkascksy
Referees: Stefan Licari, R. Carmignani