Sunday, December 22, 2024

SETTUR FINANZJARJU AKTAR REŻILJENTI

Aqra wkoll

Wieħed mill-pilastri ewlenin li fuqhom isserraħ l-eko nomija Maltija huwa s-settur finanzjarju. Settur li minn mindu twaqqaf f’pajjiżna ma sab ebda kontroversja politika. Tant li kull Gvern u Oppożizzjoni mas-snin dejjem taw lil dan is-settur importanza kbira għaliex huwa kruċjali għal pajjiżna li dan il-qassam ikompli jikber u jiżviluppa b’mod li jpoġġi lil Malta bħala ċentru finanzjarju fl-Ewropa.

Iżda s-settur finanzjarju bħal kull settur ieħor jaffaċċja l-isfidi tiegħu u għalhekk wieħed irid joqgħod attent dwar x’kummenti jagħmel fuq dan is-settur. Ta’ min ifakkar hawnhekk li Malta kienet tpoġġiet fil-lista l-griża tal-FATF, fejn kien maħsub li dan il-fatt se jkollu effett negattiv fuq is-settur finanzjarju. Fortunatament, dak li kien maħsub ma seħħx billi l-Gvern impenja ruħu bis-sħiħ biex jirrimedja s-sitwazzjoni tant li fi żmien rekord pajjiżna inħareġ mil-lista l-griża.

B’sodisfazzjon ninnotaw li dan is-settur minkejja kull sfida li kien hemm baqa’ reżiljenti mhux biss fir-rigward ta’ dawk il-kumpaniji li kienu diġà stabbiliti imma wkoll pajjiżna wasal biex jattira aktar investiment barrani f’dan il-qasam.

B’konformità ma’ dan ftit tal-jiem ilu, kienet tħabbret ukoll strateġija ġdida għas-set tur finanzjarju bil-għan li l-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżna tkun waħda aktar kompettitiva, sigura u fuq kollox kredibbli.

Għandna għax nifhmu li din l-istrateġija, li ma tfasslitx mill-Gvern waħdu iżda bl-għajnuna ta’ aktar minn 100 professjonisti f’dan il-qasam, se tkun qiegħda tagħti ħarsa estensiva lejn dik li hija l-viżjoni ta’ dan is-settur tant importanti għall-pajjiż. Dan billi neċċellaw fl-innovazzjoni, fil-qafas regolatorju b’saħħ tu li diġà għandna u anke fit-teknoloġija.

Quddiem dan kollu, huwa meħtieġ li nibqgħu nindokraw dan is-set tur tant kruċjali għall-ekonomija Maltija. Dan isir biss jekk kulħadd jiġbed l-istess ħabel u jitbiegħed mit-tmaqdir li ma jagħmilx ġid la lil dan is-settur u wisq aktar ma jagħmilx ġid lil ekonomija u lil pajjiżna.

Dan kollu rridu nżommuħ f’moħħna wkoll billi s-settur finanzjarju qed joffri l-għajxien lil  mijiet ta’ familji tal-impjegati li jaħdmu fih. 

Ekonomija

Sport