-ogħla awtoritajiet ta’ Sevilla iltaqgħu matul il-ġurnata tal-bieraħ sabiex isibu xi soluzzjonijiet u joħorġu mill-kriżi kbira li jinsabu fiha.
Dan kollu kien qed isir wara li t-tim min-naħa t’isfel ta’ Spanja tilef bl-iskor umiljanti ta’ 6-1 kontra Atletico Madrod.
Il-president Del Nido Jr, id-direttur sportiv Ramon Monchi u l-kowċ Jorge Sampaoli kellhom laqgħa qabel is-sessjoni ta’ taħriġ ta’ filgħaxija.
Seville jinsabu fis-17-il post tal-klassifika ta’ La Liga daqs l-aħħar tim Almeria u jinsabu f’periklu li jiġu relegati.