Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li matul il-lejl li għadda, għall-ħabta tal-12:15 a.m. kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Labour, iż-Żejtun.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 39 sena residenti ż-Żejtun stess kien qiegħed isuq vettura Mazda Demio, tilef il-kontroll u ħabat ġo arblu.
Huwa ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza li ssejħet fil-post. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Victor Axiak ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.